Statistika
L-istatistika hija essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati
L-istatistika finanzjarja u monetarja soda tgħinna nieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jipprovdu statistika uffiċjali dwar is-saħħa tal-ekonomija.
Din l-istatistika tappoġġa l-aspetti kollha tax-xogħol tal-BĊE, inklużi l-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni bankarja.
L-importanza tal-istatistikaFATTI EWLENIN
16 %
Is-sehem tal-komponent ta' self, valuti u depożiti fid-dejn tal-gvernijiet
Inħarġet data ġdida dwar self, valuti u depożiti fis-sett ta' data dwar il-finanzi tal-gvernijiet. Dan il-komponent tad-dejn tal-gvernijiet ammonta għal madwar 16% tal-PDG taż-żona tal-euro fl-2022.
Aċċess għad-data tagħna
Lista tal-pjattaformi u s-servizzi kollha li tista’ tuża biex ikollok aċċess għar-riżorsi tad-data tagħna.
Is-servizzi tad-data tagħnaINSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Żviluppi monetarji fiż-żona tal-euro
Ara l-aħħar rati ta’ tkabbir tas-self għad-djar u l-impriżi, kif ukoll kemm il-provvista tal-flus qed tiżdied malajr.
Stqarrijiet dwar data statistika fuq żviluppi monetarjiGovernanza tal-istatistika u qafas ta’ kwalità
Il-banek ċentrali nazzjonali Ewropej jagħtu importanza kbira lill-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja. Huma impenjati għal governanza tajba, jużaw standards ta’ kwalità għolja u jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.
Inċekknu l-lakuna dwar id-data tal-klima
Bħala parti mill-aġenda klimatika tagħna, ippubblikajna sett inizjali ta’ indikaturi relatati mal-klima biex nanalizzaw kif it-tibdil fil-klima se jaffettwa s-settur finanzjarju. Dan huwa parti mill-isforzi tagħna biex innaqqsu d-distakk fid-data dwar il-klima u nissorveljaw it-tranżizzjoni ekoloġika.
Indikaturi relatati mal-klimaEsplora l-inflazzjoni taż-żona tal-euro b’mod interattiv
Kif titkejjel l-inflazzjoni u x’inhi d-differenza bejn l-inflazzjoni mkejla u l-inflazzjoni perċepita? Sib dejta paragunabbli u dejjem aġġornata dwar l-inflazzjoni b’viżwali interattivi u l-kalkulatur personali tiegħek dwar l-inflazzjoni, disponibbli fi 23 lingwa tal-UE.
Skopri iżjedARA
L-AĦĦAR ĦRUĠ TAD-DATA STATISTIKA TAGĦNA
Itlob informazzjoni statistika mill-BĊE
Qed tfittex għal statistika speċifika tal-BĊE? Aħna nsegwu politika ta’ aċċess b’xejn u użu mill-ġdid bla ħlas għall-istatistiċi pubblikati tagħna. Ibgħatilna talba li tispeċifika dak li int interessat fih u aħna nirrisponduk malajr kemm jista’ jkun.