Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kontijiet Annwali

Il-Kontijiet Annwali tal-BĊE jirriflettu l-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu fi tmiem is-sena. Dawn jinkludu r-rapport amministrattiv, ir-rapporti finanzjarji (jiġifieri l-karta tal-bilanċ, il-Kont tal-Profitt u t-Telf, sommarju tal-politiki tal-kontabilità sinifikanti u noti ta’ spjegazzjoni oħra), ir-rapport tal-awditur indipendenti u n-nota dwar id-distribuzzjoni tal-profitti/allokazzjoni tat-telf.

Ir-rapporti finanzjarji jitħejjew skont il-politiki tal-kontabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti u huma speċifiċi għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-BĊE. Aqra iktar dwar il-produzzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-BĊE.

Il-Kontijiet Annwali huma parti integrali mir-Rapport Annwali tal-BĊE. Dawn jiġu ppubblikati fi Frar ta’ kull sena, qabel ir-Rapport Annwali rispettiv.

Kontijiet Annwali 2024 Stqarrija għall-istampa Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Kontijiet Annwali tal-BĊE Spjegazzjoni: Profitti u telf tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro: minn fejn ġejjin?
2024

f’ċifri

€640.6biljun

Karta tal-bilanċ

Il-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE naqset b’€32.6 biljun fl-2024, għal total ta’ €640.6 biljun. Dan huwa l-aktar minħabba tnaqqis fit-titoli tal-politika monetarja minħabba tifdijiet.

Aktar dwar il-karta tal-bilanċ
€7,944miljun

Telf għas-sena

It-telf tal-BĊE għas-sena kien għal darb’oħra xprunat mill-ispiża sinifikanti fuq l-imgħax li rriżultat mill-obbligazzjoni netta ta’ TARGET. Peress li l-provvediment għar-riskji finanzjarji ġie rilaxxat bi sħiħ fl-2023, ma kienx disponibbli biex ikopri t-telf fl-2024. It-telf tal-2024, flimkien mat-telf mis-sena preċedenti, se jibqa’ fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE biex jiġi paċut kontra profitti futuri.

Aktar dwar il-kont tal-profitt u t-telf

Il-paġni kollha f’din it-taqsima