Latvja (mill-1 ta’ Jannar 2014)
Il-Latvja ssieħbet fiż-żona tal-euro fl-1 ta' Jannar 2014. F'din id-data l-euro ħa post il-lats bir-rata tal-kambju fissa ta' €1 = LVL 0.702804. Wara perijodu ta' ġimagħtejn meta ż-żewġ muniti kienu fiċ-ċirkolazzjoni flimkien, il-lats ma baqax valuta legali fil-15 ta' Jannar 2014 .
Tisrif tal-lats Latvjani
Il-lats jistgħu jissarrfu bla ħlas fi 302 uffiċċju tal-posta fil-Latvja bir-rata tal-kambju fissa sal-31 ta' Marzu 2014. Il-banek jibqgħu jsarrfuhom sat-30 ta' Ġunju 2014.
Il-Latvijas Banka wkoll se jsarraf il-karti tal-flus u l-muniti tal-lats Latvjani bir-rata tal-kambju fissa f'ammonti bla limitu għal żmien indefinit. Dan is-servizz jingħata bla ħlas.
Il-banek ċentrali l-oħra taż-żona tal-euro se jsarrfu l-karti tal-lats Latvjani bla ħlas bejn l-1 ta' Jannar u t-28 ta' Frar 2014. L-ammont huwa limitat għal €1,000 għal kull parti jew tranżazzjoni partikolari f'jum wieħed.
- 09/07/2013
-
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea japprova s-sħubija tal-Latvja fiż-żona tal-euro.
- 10/07/2013
-
Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro jibdew iġorru l-karti tal-euro lejn Latvijas Banka, il-bank ċentrali tal-Latvja.
- 31/07/2013
-
Jibda l-istampar tal-muniti tal-euro tal-Latvja.
- 01/10/2013
-
Il-prezzijiet fil-Latvja se jkunu mmarkati kemm bil-lats kif ukoll bl-euro sal-31 ta’ Diċembru 2014. Tibda l-kampanja “Introduzzjoni ġusta tal-euro”.
- 01/11/2013
-
Jibda t-trasferiment ta’ karti u muniti tal-euro minn Latvijas Banka għall-banek kummerċjali.
- 10/12/2013
-
Jibda t-trasferiment ta’ karti u muniti tal-euro mill-banek kummerċjali għan-negozji, ħwienet u operaturi tal-magni tal-flus kontanti.
- 10/12/2013
-
Jibda l-bejgħ tal-ewwel settijiet ta' tmien denominazzjonijiet tal-muniti tal-euro mill-banek kummerċjali.
- 01/01/2014
-
Jibdew jiċċirkolaw il-karti u l-muniti tal-euro u l-kontijiet bankarji jinqalbu bl-euro
- 01/01/2014
-
Għal ġimagħtejn, biex it-tranżizzjoni timxi ħarir, iż-żewġ muniti – il-lats u l-euro – se jkunu fiċ-ċirkolazzjoni flimkien u jistgħu jintużaw għall-pagamenti.
- 15/01/2014
-
Il-karti u l-muniti tal-euro jsiru valuta legali unika.
- 31/03/2014
-
Jagħlaq iż-żmien għat-tisrif tal-karti u l-muniti tal-lats fl-uffiċċji tal-posta.
- 30/06/2014
-
Jagħlaq iż-żmien għat-tisrif tal-karti u l-muniti tal-lats fil-banek kummerċjali.
- Bla skadenza
-
Il-karti u l-muniti tal-lats jibqgħu jissarrfu minn Latvijas Banka sa żmien indefinit.
Kampanja ta' informazzjoni dwar il-bidla
Il-Bank Ċentrali Ewropew u Latvijas Banka ħejjew kampanja ta' informazzjoni għal-Latvja li tinkludi: Tiġbor fiha:
- il-produzzjoni u t-tqassim ta' pubblikazzjonijiet dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u l-bidla tal-flus;
- Żewġ filmati qosra bl-Ingliż, bil-Latvjan u bir-Russu dwar il-bidla tal-flus u kif tiċċekkja l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro;
- il-Wirja dwar l-Euro fit-Teatru Dailes f'Riga (Brīvības iela 75, LV-1001, Rīga) bejn il-25 ta' Ottubru u t-13 ta' Diċembru 2013;
- konferenza dwar l-Euro ta’ livell għoli fit-12 ta’ Settembru 2013.
Ejjew ningħaqdu: il-Programm tas-Sħubija
Il-Programm ta' Sħubija jipprovdi materjal ta' tagħrif għan-negozji u organizzazzjonijiet oħra li jkunu interessati jgħaddu informazzjoni dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro fil-Latvja.
Latvijas Banka u l-Bank Ċentrali Ewropew jistednuk tingħaqad magħhom biex ixxerred "il-messaġġ" dwar l-euro. Bħala sieħeb fil-Programm ikollok aċċess għal tagħrif dwar l-euro li tista' tgħaddi lill-klijenti, membri u impjegati tiegħek. B'hekk dawk li jaqsmu l-interessi tiegħek ikollhom garanzija ta' tagħrif preċiż u f'waqtu minn sors affidabbli.