Riċerka u pubblikazzjonijiet
Aħna nappoġġaw it-tfassil tal-politika permezz tar-riċerka ekonomika
Aħna nagħmlu riċerka ekonomika fuq firxa wiesgħa ta’ suġġetti. Dan jgħin fit-titjib tat-tfassil tal-politika u għalhekk jikkontribwixxi għall-benessri tal-Ewropej kollha.
Bullettin Ekonomiku
Il-Bullettin Ekonomiku jippreżenta informazzjoni li tifforma l-bażi għad-deċiżjonijiet tal-BĊE dwar il-politika monetarja. Noħorġuh tmien darbiet fis-sena, ġimagħtejn wara l-laqgħat tal-politika monetarja. Jinkludi għarfien dwar l-ekonomija u l-prospetti tagħha.
Aqra l-Bullettin Ekonomiku l-iktar riċenti tagħnaBullettin ta’ Riċerka
Il-Bullettin ta’ Riċerka fih għażla ta’ xogħol reċenti mill-ekonomisti tal-BĊE. Jiġi ppubblikat kull xahar u jkopri varjetà wiesgħa ta’ suġġetti ekonomiċi u finanzjarji.
Aqra l-Bullettin ta’ RiċerkaFinancial Stability Review
Il-Financial Stability Review (ir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja) janalizza riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro. L-istabbiltà finanzjarja hija essenzali għalina billi hija komponent wieħed meħtieġ biex tiġi żgurata inflazzjoni stabbli
Aqra r-Rapport tagħna dwar l-Istabbiltà FinanzjarjaBullettin Makroprudenzjali
Il-banek jeħtieġ li jibnu bafers kapitali meta l-ekonomija tkun b'saħħitha sabiex ikunu jistgħu jappoġġjawha fi żminijiet ħżiena. L-aħħar Bullettin Makroprudenzjali tagħna jispjega għaliex rata newtrali pożittiva tal-bafer kontroċikliku tal-kapital u approċċ aktar armonizzat fl-iffissar tagħha huma essenzjali biex jiżguraw li l-bafers ikunu effettivi.
Aqra l-Bullettin Makroprudenzjali tagħnaDokumenti ta’ riċerka
Bħal banek ċentrali kbar oħrajn, il-BĊE jagħmel ir-riċerka. Il-konstatazzjonijiet jiġu ppubblikati f’numru ta’ studji ta’ riċerka.
Ħarsa ġenerali lejn studji ta’ riċerkaIr-riċerkaturi tagħna
Ir-riċerkaturi tagħna jwettqu analiżijiet ta’ livell għoli li jkopru varjetà ta’ suġġetti li huma rilevanti għall-BĊE. Xogħolhom jipprovdi s-sisien għad-deċiżjonijiet tal-BĊE fl-oqsma kollha tal-politika. Skopri aktar dwar min huma u dak li jaħdmu fuqu.
Ir-riċerkaturi tagħnaTRID TKUN TAF AKTAR?
ARA L-PUBBLIKAZZJONIJIET TAGĦNA
Opportunitajiet għar-riċerkaturi
Ingħaqad mal-BĊE
Jekk inti interessat/a tagħmel riċerka fil-BĊE, qed noffri opportunitajiet ta’ xogħol eċċitanti u ta’ sfida għall-ekonomisti tar-riċerka, apprendistati għall-istudenti, u boroż ta’ studju kemm għal riċerkaturi żgħażagħ kif ukoll għall-istudjużi.
Skopri l-boroż universitarji u offerti oħra tagħnaAħdem magħna
Il-BĊE jmexxi u jikkoordina r-riċerka permezz ta’ numru ta’ netwerks biex jikseb għarfien li jappoġġa t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħna.
Agħti titwila lejn in-netwerks ta’ riċerka tagħna