Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

L-impronta ambjentali tal-karti tal-flus tal-euro

L-Eurosistema hija impenjata li tagħmel il-karti tal-flus tal-euro kemm jista’ jkun favorevoli għall-ambjent, filwaqt li tiżgura li l-flus kontanti jkunu disponibbli u aċċettati b’mod wiesa’.

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, Piero Cipollone

L-istrateġija tal-Eurosistema dwar il-flus kontanti tispjega l-impenn tagħna lejn il-flus kontanti tal-euro. Il-flus kontanti huma parti importanti mill-ekonomija tagħna u rridu niżguraw li jibqgħu disponibbli u aċċessibbli għal kulħadd. Jeħtieġ ukoll li niżguraw li l-karti tal-flus ikunu kemm jista’ jkun favorevoli għall-ambjent.

X’inhi l-impronta ambjentali tal-ħlas bil-karti tal-flus tal-euro?

L-użu annwali tal-karti tal-flus tal-euro minn persuna bħala strument ta’ pagament huwa ekwivalenti għas-sewqan għal tmien kilometri b’karozza. Din hija waħda mis-sejbiet ewlenin tal-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF).

Din hija valutazzjoni bbażata fuq metodoloġija żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea u tibni fuq studju ta’ Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja li sar fl-2004 biex jitkejjel l-impatt ambjentali tal-ewwel sensiela ta’ karti tal-flus tal-euro. L-eżitu ta’ dan l-ewwel studju rriżulta f’azzjonijiet biex jitnaqqas l-impatt ambjentali, bħal bidla lejn l-użu ta’ qoton 100 % sostenibbli fil-produzzjoni u projbizzjoni fuq ir-rimi ta’ skart tal-karti tal-flus f’landfill.

L-istudju jikkunsidra ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-karti tal-flus tal-euro mill-akkwist tal-materja prima u l-manifattura sad-distribuzzjoni u r-rimi. Ir-riżultati jindikaw fejn għamilna progress tajjeb u jgħinuna nsibu aktar modi biex innaqqsu l-impronta ambjentali tal-karti tal-flus tagħna.

Sejbiet ewlenin mill-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tagħna

L-impatt ambjentali huwa baxx ħafna

L-impronta tal-ħlasijiet annwali ta’ persuna bil-karti tal-flus tal-euro hija ekwivalenti għas-sewqan għal tmien kilometri b’karozza, jew 0.01 % biss tal-impatt ambjentali totali tal-persuna.

Aktar dwar ir-riżultati ġenerali

Diġà għamilna progress tajjeb

L-użu ta’ qoton aktar sostenibbli u l-projbizzjoni tar-rimi ta’ skart tal-karti tal-flus fil-landfills diġà kellhom effett pożittiv.


Aktar dwar dak li għamilna

Oqsma ewlenin ta’ impatt ambjentali

Peress li l-karti tal-flus ilhom fiċ-ċirkolazzjoni għal ħafna snin, id-distribuzzjoni hija wieħed mill-kontributuri ewlenin għall-impronta ambjentali tagħhom.

Aktar tagħrif dwar il-kawżi

L-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodott


Inħarsu ’l quddiem

Aħna naħdmu kontinwament biex il-karti tal-flus isiru aktar favorevoli għall-ambjent u qed inħarsu lejn modi kif intejbu l-materjal u l-komponenti użati fil-manifattura tal-karti tal-flus.

Il-manifatturi tal-kaxxieri awtomatiċi (ATM) u l-banek ħadu wkoll passi biex inaqqsu l-impronta ambjentali tal-ATMs u l-infrastruttura taċ-ċiklu tal-flus. Qed jiġu kkunsidrati wkoll modi kif titnaqqas l-impronta ambjentali tat-trasport tal-karti tal-flus billi jintużaw fjuwils u sorsi ta’ enerġija aktar sostenibbli.

Bħalissa jinsabu għaddejjin riċerka u żvilupp estensivi, li għandhom l-għan li jidentifikaw metodi alternattivi ta’ rimi ta’ skart għall-karti tal-flus, bħar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta’ materjal ta’ skart.

Is-sejbiet tal-istudju dwar il-PEF se jitqiesu fl-iżvilupp tal-karti tal-flus tal-euro futuri.


Tagħrif ieħor

Aktar dettalji

Agħti ħarsa lejn il-mistoqsijiet frekwenti dwar l-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodott għal aktar informazzjoni.

Mistoqsijiet frekwenti

Għall-media

L-istqarrija għall-istampa relatata tenfasizza l-partijiet ewlenin tal-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodott.

Stqarrija għall-istampa

Il-paġni kollha f’din it-taqsima