Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Estonja (mill-1 ta’ Jannar 2011)

Stadji tal-bidla tal-flus

Fit-13 ta' Lulju 2010 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva t-talba tal-Estonja biex tissieħeb fiż-żona tal-euro fl-1 ta' Jannar 2011. Għalhekk, f'dik id-data, l-Estonja ssieħbet fiż-żona tal-euro u l-euro ssostitwixxa l-kroon b'rata fissa ta' konverżjoni ta' €1 = EEK 15.6466. Se jkun hemm perijodu ta' ġimagħtejn meta ż-żewġ muniti jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, u meta normalment il-bqija tingħata f'euro.

Il-kroon mhux se jibqa' valuta legali mill-15 ta' Jannar 2011.

Minn Diċembru 2010 il-klijenti jkunu jistgħu jsarrfu l-karti tal-flus tal-kroon f'euro mingħajr ħlas, fil-banek. Mill-1 ta' Jannar 2011 sat-30 ta' Ġunju 2011 jistgħu jissarrfu karti tal-flus u muniti tal-kroon fil-banek kollha li jipprovdu servizzi ta' flus kontanti, u sal-31 ta' Diċembru 2011 f'għadd limitat ta' fergħat.

Eesti Pank se jsarraf il-karti tal-flus u l-muniti tal-kroon f'euro fi kwalunkwe ammont u għal żmien indefinit.

Mill-1 ta' Lulju 2010, il-prezzijiet fil-ħwienet u f'negozji oħra intwerew fi kroon kif ukoll f'euro. Spots televiżivi, fuljetti, kartelluni u materjal ieħor ipprovdew tagħrif prattiku għall-popolazzjoni Estonjana dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro.

Tisrif ta' karti tal-flus tal-kroon Estonjan fil-banek ċentrali nazzjonali

Tista' ssarraf karti tal-flus tal-kroon Estonjan f'euro fil-postijiet li ġejjin:

Fl-Eesti Pank

L-Eesti Pank se jsarraf karti tal-flus u muniti tal-kroon Estonjan għall-euro b'valur pari fi kwalunkwe ammont u għal żmien indefinit. Dan is-servizz jingħata bla ħlas.

F'banek ċentrali nazzjonali oħra taż-żona tal-euro

Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE li adottaw l-euro (elenkati hawn taħt) se jsarfu karti tal-flus tal-kroon Estonjan għall-euro b'valur pari mill-1 ta' Jannar sat-28 ta' Frar 2011.

L-ammont hu limitat għal €1,000 għal kull persuna/transazzjoni f’jum wieħed. Dan is-servizz jingħata bla ħlas.

Sommarju tad-dati ewlenin tal-bidla
Il-15 ta’ Settembru 2010

Distribuzzjoni ta' muniti minn qabel

Il-15 ta’ Settembru 2010

Distribuzzjoni ta' muniti minn qabel (Sub-frontloading)

Il-15 ta’ Novembru 2010

Distribuzzjoni ta' karti tal-flus minn qabel

L-1 ta’ Diċembru 2010

Distribuzzjoni ta' karti tal-flus minn qabel (Sub-frontloading)

L-1 ta’ Diċembru 2010

Il-kroons jistgħu jissarrfu f'karti tal-flus tal-euro f'istituzzjonijiet ta' kreditu mingħajr ħlas

L-1 ta’ Jannar 2011

Il-kontijiet jinqalbu bl-euro

L-14 ta’ Jannar 2011

Tmiem tal-perijodu taċ-ċirkolazzjoni doppja

Il-5 ta’ Jannar 2011

Karti tal-flus u muniti tal-euro jsiru l-unika valuta legali

Il-31 ta’ Diċembru 2011

L-aħħar jum għall-bdil tal-muniti tal-kroon fil-banek

Il-31 ta’ Diċembru 2011

L-aħħar jum għall-bdil tal-karti tal-flus tal-kroon fil-banek

Għal żmien indefinit

L-aħħar jum għall-bdil tal-karti tal-flus u l-muniti tal-kroon fl-Eesti Pank

Il-paġni kollha f’din it-taqsima