Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Arti u kultura fil-BĊE

L-Unjoni Ewropea tospita firxa kbira u varjata ta' kulturi, magħmula mit-tradizzjonijiet tal-pajjiżi u r-reġjuni individwali. Fil-BĊE aħna impenjati li nippromwovu din il-varjetà ta' arti u kultura permezz tal-avvenimenti u l-inizjattivi tagħna.

Esplora l-kollezzjoni tal-arti tagħna bl-App ECB Art il-ġdida

Tista’ tniżżel l-App ECB Art il-ġdida tagħna fuq is-smartphone jew tablet tiegħek u tara l-kollezzjoni mill-kumdità ta’ darek. L-app fiha informazzjoni dwar varjetà ta’ arti u arkitettura, kif ukoll vidjows esklussivi wara l-kwinti u intervisti ma' artisti u membri tal-persunal tal-BĊE.

App għall-Google Play StoreApp għall-Apple App Store
Kollezzjoni ta' arti tal-BĊE

Il-kollezzjoni ta' arti tagħna tinkludi madwar 480 pittura, tpinġija, ritratt, skultura u oġġetti tal-arti. Qed tkompli tikber, prinċipalment permezz ta' akkwist ta' xogħlijiet tal-arti mis-serje annwali ta' wirjiet “Arti kontemporanja mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea”, li kull sena tiffoka fuq pajjiż differenti. Is-serje għandha l-għan li turi l-firxa varjata tal-produzzjoni artistika ta' kull pajjiż u tenfasizza wħud mill-ideat ewlenin li qed jiġu diskussi bħalissa fid-dinja tal-arti.

Mill-2015, il-kollezzjoni tagħna kompliet tikber b’akkwiżizzjonijiet relatati ma' temi speċifiċi. Maż-żmien, saret tirrifletti l-iżviluppi fl-arti Ewropea kontemporanja li seħħew mis-snin disgħin.

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Il-BĊE se jospita l-wirja ta’ Andy Warhol

Ospitajna wirja tax-xogħlijiet tal-arti u l-oġġetti personali ta’ Andy Warhol fil-bini ewlieni tagħna minn nofs Diċembru 2023 sal-aħħar ta’ Jannar 2024.

Tagħrif ieħor

Il-paġni kollha f’din it-taqsima