Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-bini ewlieni tal-BĊE

Bini modern għal bank ċentrali modern.

L-istruttura f’Sonnemannstrasse 20 tlestiet f’Novembru 2014. Billi tintegra l-istruttura tal-Grossmarkthalle (l-ex sala tas-suq bl-ingrossa ta’ Frankfurt), tgħaqqad kemm elementi storiċi kif ukoll moderni u hija binja urbana unika.

Il-bini ewlieni tal-BĊE

Il-viżjoni inizjali wara l-bini l-ġdid tal-BĊE kienet dik ta’ suq uniku Ewropew bil-munita tiegħu. Wara konsiderazzjoni bir-reqqa, fl-2001 is-sit tal-Grossmarkthalle tqies xieraq għall-BĊE biex jibni l-ispazju tal-uffiċċju tiegħu stess.

Il-bini ewlieni tal-BĊE - mill-konċepiment sat-tlestija

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Disinn tal-enerġija

L-effiċjenza fl-enerġija kienet prinċipju ewlieni tad-disinn tal-bini. Għandu sistema ta’ ġbir u riċiklaġġ ta' ilma tax-xita u s-sħana ġġenerata miċ-ċentru tal-kompjuter tal-bini tintuża biex tipprovdi tisħin lill-uffiċini. Loops ġeotermiċi fil-pedamenti tal-bini jsaħħnu u jkessħu l-istruttura wkoll.

Aqra aktar dwar il-protezzjoni ambjentali fil-BĊE

Il-mafkar

Il-perjodu mill-1941 sal-1945 isawwar kapitlu mudlam ferm fl-istorja tal-Grossmarkthalle, billi l-livell sotterran tal-bini tal-ġenb li jħares lejn il-lvant kien jintuża biex jinġabru persuni Lhud qabel ma jiġu ddeportati. Illum hemm mafkar għall-vittmi tal-Olokawst fil-punt fejn dawn kienu jinġabru

Aqra iktar dwar il-mafkar Superstiti tirrakkonta l-istorja tagħha

Filmat tal-bini f'fażijiet differenti

Mis-suq tal-frott u l-ħxejjex sal-bini l-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew: il-vjaġġ mill-konċepiment sat-tlestija mifrux fuq ftit iktar minn għaxar snin u ħoloq kontropunt fit-tarf tal-lvant ta’ Frankfurt sal-iskajskrejpers taċ-ċentru tal-belt.

Fatti u figuri

185m

185 m l-għoli tat-torri tal-uffiċċji

250m

250 metru, it-tul tal-Grossmarkthalle

120,000m2

120,000 m2 erja totali tas-sit

700trees

700 siġra mħawla fil-post

6,000panels

6,000 pannell fil-faċċata tat-torri tal-uffiċċi

73km

73 km ta’ fili tal-faċċata mkaħħlin mill-ġdid

Il-paġni kollha f’din it-taqsima