Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kooperazzjoni internazzjonali tal-banek ċentrali

Il-kooperazzjoni internazzjonali tal-BĊE ma’ banek ċentrali tirrifletti r-rwol tiegħu bħala bank ċentrali ewlieni fis-sistema ekonomika u finanzjarja globali, u bħala istituzzjoni tal-UE. Il-kooperazzjoni tiffoka fuq: 

Banek ċentrali ta’ ekonomiji tas-swieq ġodda tal-G20

L-għan ewlieni ta’ din il-kooperazzjoni hu li jitjieb l-għarfien reċiproku tal-politika tal-BĊE u tal-banek ċentrali sħab u l-motivazzjoni u l-analiżi sottostanti. Dan jirrifletti r-rwol dejjem jikber tal-ekonomiji tas-swieq ġodda tal-G20 fis-sistema ekonomika u finanzjarja globali.

Għalhekk, il-BĊE jikkoopera regolarment ma’ dawn is-sħab, ħafna drabi fuq il-bażi ta’ memoranda ta’ qbil, bħal dawk mal-banek ċentrali taċ-Ċina (2008), tat-Turkija (2012), tal-Indja (2015) u tal-Brażil (2016).

Istituzzjonijiet globali u reġjonali

Kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet globali u reġjonali involuti f’kooperazzjoni internazzjonali tgħin biex ixxerred il-messaġġi tal-politika u l-kompetenza teknika tal-BĊE fost id-diversi reġjuni tad-dinja.

Il-BĊE għandu relazzjonijiet strutturati ma’ fornituri ewlenin oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-banek ċentrali, kemm fil-livell globali — il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) — kif ukoll ma’ strutturi reġjonali bħall-Fond Monetarju Għarbi (AMF), l-Assoċjazzjoni tal-Banek Ċentrali Afrikani (AACB), iċ-Ċentru għall-Istudji Monetarji tal-Amerika Latina (CEMLA), iċ-Ċentru għar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Banek Ċentrali tal-Asja tax-Xlokk (SEACEN) u l-Kunsill Monetarju tal-Golf (GMC).

Banek ċentrali tal-pajjiżi kandidati u tal-kandidati potenzjali biex jidħlu fl-UE

Il-BĊE jsostni t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-aqwa prattika fil-banek ċentrali ta’ pajjiżi li għandhom perspettivi ta’ adeżjoni mal-UE. Jgħin lil dawn l-istituzzjonijiet fit-tħejjijiet tagħhom biex jissieħbu fis-SEBĊ (li hija rekwiżit ladarba l-pajjiżi tagħhom ikunu saru Stati Membri tal-UE).

Il-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-banek ċentrali hija għodda importanti għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-banek ċentrali biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-UE u tal-banek ċentrali internazzjonali.

Barra minn hekk, il-BĊE jwieġeb talbiet ad hoc għal kooperazzjoni internazzjonali mingħand banek ċentrali fid-dinja kollha.

Il-kooperazzjoni internazzjonali tal-banek ċentrali tinkludi l-iskambju ta’ kompetenza, il-qsim tal-aqwa prattika u t-tisħiħ tal-kapaċità. Din tinkludi firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, bħal gruppi ta’ ħidma u seminars, sekondar ta’ staff, żjarat ta’ esperti u programmi ta’ taħriġ.

L-għan ta’ din il-kooperazzjoni hu t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ma’ banek ċentrali barra l-UE u l-promozzjoni ta’ prattika soda fl-attività tal-banek ċentrali, li b’hekk jikkontribwixxu għall-istabbiltà tal-prezzijiet u l-istabbiltà finanzjarja fid-dinja kollha. Il-kooperazzjoni tgħin ukoll lill-BĊE jfisser il-politika tiegħu f’kuntest internazzjonali.

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kooperazzjoni tal-Banek Ċentrali tikkoordina l-attivitajiet tal-kooperazzjoni internazzjonali fi ħdan is-SEBĊ. Din tinkludi esperti mill-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali u topera taħt il-patroċinju tal-Kumitat għar-Relazzjonijiet Internazzjonali tas-SEBĊ.

F’Diċembru 2017, il-grupp ta’ ħidma ippubblika dokument tal-aħjar prattika li jiddeskrivi l-bażi loġika u l-prinċipji li jsostnu l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-banek ċentrali tas-SEBĊ, kif ukoll eżempji tal-format tagħhom.

  • Kooperazzjoni internazzjonali tal-banek ċentrali: L-aqwa prattika tas-SEBĊ

Fi Frar 2020, il-grupp ta’ ħidma pprovda aktar dettalji dwar l-orjentament tiegħu għall-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-kooperazzjoni internazzjonali. Dawn id-dettalji huma r-riżultat ta’ diskussjonijiet fis-SEBĊ kollha fost il-membri tal-persunal involuti f’dawn l-attivitajiet.

  • Orjentamenti għall-Valutazzjoni tal-Attivitajiet tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ)

Il-paġni kollha f’din it-taqsima