Naħat nazzjonali
€2
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Andorra
Andorra ffirmat Ftehim Monetarju mal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Ġunju 2011. B'hekk Andorra tista' tuża l-euro bħala munita uffiċjali u toħroġ il-muniti tal-euro tagħha. Fuq il-muniti kollha jidhru t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-munita ta' €2 turi l-istemma araldika ta' Andorra bil-motto "virtus unita fortior" (il-virtù unita hija iżjed b'saħħitha). Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2 ** ripetuti sitt darbiet.
Andorra




Belt tal-Vatikan
Hemm ħames sensiliet ta' muniti tal-Belt tal-Vatikan fiċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma validi.
L-ewwel sensiela, fejn tidher ix-xbieha tal-Papa Ġwanni Pawlu II, ħarġet bejn l-2002 u l-2005.
It-tieni sensiela, li nħarġet bejn Ġunju 2005 u Marzu 2006, għandha l-istemma araldika tal-Kardinal Ċambellan, l-aġent kap tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, li hi stampata fuq l-emblema tal-Kamra Appostolika fiċ-ċentru tal-munita. Madwar il-parti ta' fuq ta' dan id-disinn hemm il-kliem "SEDE VACANTE" rranġati f'nofs ċirku flimkien mas-sena tal-ħruġ b’numri Rumani, jiġifieri "MMV". L-isem tad-disinjatur, "D. LONGO", jidher fix-xifer t’isfel fuq ix-xellug tad-disinn ċentrali, waqt li l-inizjali tal-intaljaturi rispettivi jidhru fix-xifer t’isfel fuq il-lemin, jiġifieri "MAC inc" (fuq il-muniti ta’ 1 ċenteżmu u 20 ċenteżmu), "LDS inc" (fuq il-muniti ta’ 2 ċenteżmi u 50 ċenteżmu), "ELF inc" (fuq il-muniti ta’ 5 ċenteżmi u €1) u "MCC inc" (fuq il-muniti ta’ 10 ċenteżmi u €2).
Fit-tielet sensiela, maħruġa bejn April 2006 u Diċembru 2013, hemm ix-xbieha tal-Papa Benedittu XVI. Fuq ix-xellug hemm l-inizjali tad-disinjatur ("DL").
Fir-raba' sensiela, li nħarġet għall-ewwel darba f'Jannar 2014, hemm ix-xbieha tal-Papa Franġisku.
Fil-ħames sensiela, li nħarġet għall-ewwel darba f'Marzu 2017, hemm l-istemma araldika tas-Sovran tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-Papa Franġisku.
Fuq il-muniti ta' kull sensiela hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea, il-kliem "CITTÀ DEL VATICANO", is-sena tal-ħruġ u l-marka taz-zekka "R". Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2*, imtennija sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.
Belt tal-Vatikan
Ċipru
Fuq il-muniti tal-€1 u €2 hemm idolu forma ta’ salib li jmur lura għall-perjodu Kalkolitiku (3,000 sena qabel Kristu). Dan l-eżempju karatteristiku tal-arti preistorika tal-gżira juri l-pożizzjoni ta’ Ċipru fil-qalba taċ-ċivilizzazzjoni u l-antikità.
Ċipru

Franza
Kull denominazzjoni tal-munita Franċiża għandha disinn differenti. Hemm serje waħda ta’ muniti fiċ-ċirkolazzjoni għall-muniti ta’ 1, 2 u 5 ċenteżmi u żewġ serje għall-€1, €2 u għall-muniti tal-10, 20, u 50 ċenteżmu. Kollha huma validi bħala valuta legali.
Id-disinn magħżul għall-ewwel sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2 kien xogħol l-artist Joaquin Jimenez. Fih siġra li tissimbolizza l-ħajja, il-kontinwità u t-tkabbir, wieqfa fi ħdan eżagonu u mdawra bil-motto tar-Repubblika Franċiża, "Liberté, Egalité, Fraternité" (Libertà, ugwaljanza, fraternità).
Fl-2022, Franza introduċiet tieni sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2. Id-disinn il-ġdid fih friegħi tal-ballut u taż-żebbuġ li jiffurmaw is-siġra tal-ħajja u jissimbolizzaw is-saħħa, is-solidità u l-paċi. Is-siġra u l-motto joqgħodu ġo eżagonu.
Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2** imtennijin sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.
Franza


Il-Belġju
Il-muniti tal-euro tal-Belġju ġew iddisinjati minn Jan Alfons Keustermans, Direttur tal-Akkademja Muniċipali tal-Arti ta' Turnhout. Hemm tliet sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma validi.
Fl-ewwel sensiela jidher ir-Re Albert II fil-parti ta' ġewwa tal-munita, filwaqt li l-monogramma rjali, "A" kbira taħt kuruna, fost it-12-il stilla simbolu tal-Ewropa u s-sena tal-ħruġ jidhru fil-parti ta' barra.
Fl-2008, il-Belġju għamel bidla żgħira fid-disinn biex jikkonforma mal-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea. Il-muniti tat-tieni sensiela wkoll juru lir-Re Albert II, iżda l-monogramma rjali u s-sena tal-ħruġ issa jidhru fil-parti ta' ġewwa tal-munita flimkien mal-marki taz-zekka u l-kodiċi tal-pajjiż għall-Belġju "BE".
Fl-2014, il-Belġju introduċa t-tielet sensiela ta' muniti tal-euro li juru lir-Re Philippe, il-mongramma rjali tiegħu "FP" u l-kodiċi tal-pajjiż għall-Belġju "BE". Il-marki taz-zekka jidhru fuq kull naħa tas-sena tal-ħruġ.
Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2** imtennijin sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.Il-Belġju
Il-Finlandja
Il-Finlandja għażlet tliet disinji bbażati fuq dawk li ntużaw qabel fuq il-muniti nazzjonali. Din il-munita turi xbieha tal-pjanta tal-għollieq tal-muntanji u l-fjuri tagħha, iddisinjata minn Raimo Heino. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: SUOMI FINLAND *** (Finlandja ***) fejn l-* jirrappreżenta ras ta’ ljun.
Il-Finlandja
Il-Ġermanja
Uffiċjali u esperti fin-numismatika Ġermaniżi għażlu tliet disinji differenti għall-muniti tal-euro tagħhom. Il-muniti tal-€1 u €2 juru s-simbolu tradizzjonali tas-sovranità Ġermaniża, l-ajkla, imdawra bl-istilel tal-Ewropa. Id-disinn sar minn Heinz u Sneschana Russewa-Hoyer. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: EINIGKEIT UND RECHT UND FREIHEIT (Unità u Ġustizzja u Libertà) u l-emblema bl-Ajkla Federali.
Il-Ġermanja
Il-Greċja
Il-Ministru għall-Ekonomija Nazzjonali u l-Gvernatur tal-Bank tal-Greċja għażlu d-disinji għall-muniti tal-euro tagħhom minn sett ta’ proposti ppreżentati minn kumitat tekniku u artistiku nazzjonali. Id-disinji rebbieħa saru mill-iskultur Georges Stamatopoulos, bi sponsorizzazzjoni mill-Bank tal-Greċja. Hemm disinn differenti għal kull denominazzjoni. Din il-munita turi xena minn mużajk li nstab fi Sparta (it-tielet seklu wara Kristu) u li fiha Europa tidher qiegħda tinħataf minn Żeus, fis-sura ta' barri. Europa hija figura tal-mitoloġija Griega li minnha ħa ismu l-kontinent tal-Ewropa. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: EΛΛHNIKH ΔHMOKPATIA * (Repubblika Ellenika *).
Il-Greċja
Il-Kroazja
Il-Kroazja għażlet erba' disinji għan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro, kollha juru l-mudell distintiv tal-iskakkiera Kroata fl-isfond. Fuq il-muniti kollha jidhru t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-munita ta’ €2 fiha mappa tal-Kroazja fuq sfond ta’ skakkiera. Id-disinn, minn Ivan Šivak, jinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: “O LIJEPA O DRAGA O SLATKA SLOBODO” (“O sabiħa, o għażiża u o ħelwa libertà”), li hija parti integrali mid-dramm famuż Dubravka ta’ Ivan Gundulić.
Il-Kroazja
Il-Latvja
Il-munita ta' €2 turi xbejba tipika Latvjana. Din ix-xbieha dehret għall-ewwel darba fuq il-munita tal-fidda tal-5 lats fl-1929. Madwar ix-xifer tal-munita hemm l-iskrizzjoni DIEVS * SVĒTĪ * LATVIJU (ALLA JBIEREK LIL-LATVJA). Id-disinjatur huwa Guntars Sietiņš.
Il-Latvja
Il-Litwanja
Il-muniti tal-euro tal-Litwanja juru l-istemma araldika tar-Repubblika tal-Litwanja, Vytis, il-pajjiż li ħariġhom "LIETUVA" u s-sena meta ħarġu "2015". Il-muniti juru wkoll it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea. Ġew iddisinjati mill-iskultur Antanas Žukauskas. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: LAISVĖ * VIENYBĖ * GEROVĖ * (Libertà * Unità * Benesseri *)
Il-Litwanja
Il-Lussemburgu
Yvette Gastauer-Claire ddisinjat il-muniti bi qbil mal-Familja Rjali u mal-Gvern tal-Lussemburgu.
Il-muniti kollha tal-Lussemburgu juru l-profil tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri. Juru wkoll is-sena meta ħarġu u l-kelma "Lussemburgu" miktuba bil-Lussemburgiż("Lëtzebuerg").
Il-Lussemburgu
Il-Portugall
Intgħażlu tliet disinji differenti minn fost dawk li daħlu għal kompetizzjoni nazzjonali. Id-disinjatur, Vítor Manuel Fernandes dos Santos, li tnebbaħ mis-simboli storiċi u mis-siġilli tal-ewwel Re tal-Portugall Dom Afonso Henriques, rebaħ il-kompetizzjoni bid-disinji li ġejjin: Il-muniti tal-€1 u €2 juru l-kastelli u l-istemmi araldiċi tal-pajjiż f'nofs l-istilel tal-Ewropa. Id-disinn jissimbolizza d-djalogu, l-iskambju tal-valuri u l-iżvilupp tat-tiswir tal-Ewropa. Il-parti ċentrali hija s-siġill irjali tal-1144. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: ħames stemmi araldiċi u seba’ kastelli, kollha bl-istess wisa' bejniethom.
Il-Portugall

In-Netherlands
Għall-ewwel sensiela, in-Nederlands għażlu żewġ disinji ta' Bruno Ninaber van Eyben li juru r-Reġina Beatriċe. Hemm żewġ sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. It-tnejn huma validi.
It-tieni sensiela, li daħlet fl-2014, turi lir-Re Willem-Alexander flimkien mal-iskrizzjoni "Willem-Alexander Koning der Nederlanden" (Re tan-Netherlands).Il-muniti tal-€1 u €2:
L-ewwel sensiela: Tidher xbieha tar-Reġina Beatriċe flimkien mal-iskrizzjoni "Beatrix Koningin der Nederlanden" (Reġina tan-Netherlands).
It-tieni sensiela: Tidher xbieha tar-Re Willem-Alexander flimkien mal-iskrizzjoni "Willem-Alexander Koning der Nederlanden" Re tan-Netherlands). Il-marki taz-zekka jidhru fuq kull naħa tas-sena tal-ħruġ. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: GOD * ZIJ * MET * ONS * (Alla ieqaf magħna).
In-Netherlands
Is-Slovakkja
Fuq il-muniti tal-€1 u €2 hemm salib doppju fuq tliet għoljiet, kif jidher fl-emblema nazzjonali tas-Slovakkja.
Is-Slovakkja
Is-Slovenja
Din il-munita turi l-poeta France Prešeren u l-iskrizzjoni "Shivé naj vsi naródi" (Il-barka t'Alla fuq in-nazzjonijiet kollha) − vers mill-poeżija tiegħu "Zdravljica" li jinsab ukoll fl-innu nazzjonali tal-pajjiż. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: SLOVENIJA (Slovenja) u tikka minquxa warajha.
Is-Slovenja
L-Awstrija
L-Awstrija għażlet li tipproduċi sensiela ta’ muniti li juru fjuri, arkitettura u nies famużi mill-istorja tagħha. Id-disinji ntgħażlu minn ġurija nazzjonali wara stħarriġ tal-opinjoni pubblika. L-artist Awstrijak, Josef Kaiser, ħoloq id-disinji. Din il-munita turi l-bust tal-paċifista Bertha von Suttner, simbolu tal-isforzi tal-Awstrija matul bosta sekli biex issostni l-paċi. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2 EURO *** imtennijin erba’ darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.
L-Awstrija
L-Estonja
Id-disinn tan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-Estonja hu l-istess għad-denominazzjonijiet kollha. Juri xbieha ġeografika tal-Estonja u l-kelma "Eesti", li tfisser "Estonja".
L-Estonja
L-Irlanda
Il-Gvern tal-Irlanda ddeċieda li kellu jkun hemm disinn nazzjonali wieħed għad-denominazzjonijiet kollha tal-muniti Irlandiżi. Dawn juru xbieha tal-arpa Ċeltika, simbolu tradizzjonali tal-Irlanda, imżejna bis-sena tal-ħruġ u l-kelma "Éire − Irlanda bl-Irlandiż. L-arpa li tidher fuq il-muniti ġiet iddisinjata minn Jarlath Hayes. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2** imtennijin sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.
L-Irlanda
L-Italja
Fl-Italja, id-disinji tal-muniti tal-euro kienu suġġetti għal skrutinju minn kumitat tekniku u artistiku nazzjonali qabel ma ġew ippreżentati lin-nazzjon fuq RAI UNO, l-akbar stazzjon televiżiv nazzjonali tal-Italja. Intgħażel disinn differenti għal kull denominazzjoni minn fost kapolavuri ta' artisti Taljani famużi. Din il-munita turi xbieha ta' Dante Alighieri li saret minn Raffaello u li tinsab fil-binja Papa Ġulju II tal-Palazz tal-Belt tal-Vatikan. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2*, imtennija sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.
L-Italja
Malta
Fuq il-muniti tal-€1 u €2 hemm l-emblema li tintuża mill-Ordni Sovran ta’ Malta. Matul il-ħakma tal-Ordni f’Malta bejn l-1530 u l-1798, is-salib tat-tmien ponot intrabat mal-gżira u llum huwa magħruf bħala s-Salib ta’ Malta.
Malta

Monako
Hemm żewġ sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni.
L-ewwel sensiela turi l-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Rainier III fuq il-munita ta’ €2. Fuq il-munita tal-€1 hemm xbieha doppja tal-uċuħ tal-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Rainier III u tal-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Ereditarju Albert. Fuq il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu hemm is-siġill tal-Prinċep. L-istemma araldika tal-Prinċipijiet Sovrani ta’ Monako tidher fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi.
It-tieni sensiela turi xbieha ta' wiċċ l-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Albert II, fuq il-muniti tal-€1 u €2. Monogramma tal-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Albert II, tidher fuq il-muniti ta' 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu. L-istemma araldika tal-Prinċipijiet Sovrana ta’ Monako tidher fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi.
Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2** imtennijin sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.Monako

San Marino
L-ewwel sensiela: Il-bini tal-Gvern (Palazzo Pubblico) jidher fuq din il-munita. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2*, imtennija sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.
It-tieni sensiela: Fuq din il-munita hemm ritratt ta' San Marino, dettall minn pittura ta' Giovan Battista Urbinelli.
San Marino


Spanja
Il-muniti ta’ Spanja għandhom tliet disinji bi xbihat tar-Re, Miguel de Cervantes u tal-katidral ta’ Santiago de Compostela. Hemm tliet sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma validi.
Għat-tieni sensiela, fl-2010 sarilhom tibdil żgħir fid-disinn biex ikunu konformi mal-linji gwida komuni maħruġin mill-Kummissjoni Ewropea. Pereżempju, is-sena issa tidher imnaqqxa fil-parti ta’ ġewwa tal-munita.
L-ewwel u t-tieni sensiela juru xbieha ta' wiċċ ir-Re Juan Carlos I de Borbón y Borbón.
Fl-2015, Spanja introduċiet it-tielet sensiela ta’ muniti tal-€1 u €2 li juru lir-Re ġdid Felipe VI u l-kodiċi tal-pajjiż ‘ESPAÑA 2015’. Il-marka taz-zekka tidher fuq il-lemin tax-xbieha.
SpanjaJekk ma tistax issib xi munita partikolari f’din il-lista, x' aktarx li din tkun munita kommemorattiva