Pagamenti u swieq
Huwa essenzjali għalina lkoll li nkunu nistgħu nħallsu b’mod sigur.
Il-ħlasijiet fiż-żona tal-euro jiddependu fuq infrastruttura vasta li tiżgura li l-fondi u l-assi jmorru mingħajr periklu minn post għall-ieħor. Aħna nħaddmu parti minn dan in-network u nżommu għajnejna fuq il-bqija.
Aħna nsegwu wkoll is-swieq finanzjarji. Dan jagħtina informazzjoni għall-kompitu ewlieni tagħna li nżommu l-prezzijiet stabbli, li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku.
Euro diġitali
It-teknoloġija l-ġdida qed tittrasforma l-mod kif inħallsu. Irridu niżguraw li n-nies fiż-żona tal-euro jkomplu jgawdu minn aċċess liberu għal mezz ta’ pagament aċċettat universalment u mingħajr riskju — bħall-flus kontanti, iżda għall-pagamenti diġitali.
Aktar tagħrif dwar il-proġett tal-euro diġitaliServizz tat-TARGET2
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro joperaw numru ta’ infrastrutturi tas-suq finanzjarju li jiżguraw il-fluss ħieles ta’ flus kontanti, titoli u kollateral madwar l-Ewropa. Dawn jissejħu kollettivament is-Servizzi TARGET.
X’inhuma Servizzi TARGET?Pagamenti fil-pront
In-nies jistennew li l-flus jiċċaqalqu malajr daqs l-emails. Għalhekk qed naħdmu biex il-pagamenti istantanji jsiru realtà għal kulħadd fiż-żona tal-euro. TIPS huwa servizz ta’ saldu ta’ pagament immedjat tagħna disponibbli għall-banek. Dan jippermetti lin-nies li jgħixu fiż-żona tal-euro jittrasferixxu l-flus f’sekondi.
X’inhu TIPS?Ir-rata tal-euro fuq żmien qasir (€STR)
L-€STR huwa l-valur referenzjarju l-ġdid tar-rata tal-imgħax imniedi f’Ottubru 2019. Dan jirrifletti l-ispejjeż li l-banek iħallsu lil xulxin biex jisselfu l-flus mil-lum għal għada. Is-swieq finanzjarji huma mistennija li jaqilbu bis-sħiħ għar-rata l-ġdida sa tmiem l-2021.
Ir-rata tal-euro fuq żmien qasir (€STR)Kollateral
Meta l-banek jisselfu minnha, iridu jipprovdu kollateral adegwat bħala garanzija. Tixtieq tkun taf liema kollateral naċċettaw? Qed tfittex statistika dwar il-kollateral li rċevejna?
Iktar informazzjoni dwar il-kollateralReżiljenza ċibernetika
L-attakki ċibernetiċi jistgħu jkunu ta’ riskju għall-banek individwali kif ukoll għas-settur finanzjarju kollu kemm hu. Huwa għalhekk li nagħtu attenzjoni mill-qrib lir-reżiljenza ċibernetika u nwettqu inizjattivi li jgħinu lis-settur finanzjarju joqgħod attent u jitħejja.
X’inhi r-reżiljenza ċibernetika?Innovazzjoni
L-innovazzjoni fis-settur finanzjarju tista’ ġġib magħha benefiċċji kbar. Ninvestigaw l-innovazzjoni finanzjarja u kif din qed tibdel, jew tista’ tibdel, il-mod kif jaħdmu s-swieq finanzjarji. Irridu niżguraw ukoll li l-interuzzjonijiet teknoloġiċi ma jiġux akkost tal-integrazzjoni jew tal-istabbiltà.
Innovazzjoni finanzjarjaL-infrastruttura tas-swieq u l-ħlasijiet spjegati
Ara fi tliet minuti kif l-infrastruttura tas-suq Ewropew għall-ħlas u s-saldu tat-titoli tagħmel il-ħajja tagħna ta’ kuljum aktar faċli, anke jekk mhux dejjem tkun viżibbli. Nagħmlu l-integrazzjoni possibbli.
Vidjo ġdidKUN AĠĠORNAT
L-AĦĦAR AĦBARIJIET FUQ L-INFRASTRUTTURA TAS-SUQ U L-ĦLASIJIET
Kollaborazzjoni ġewwa l-Ewropa
Gruppi ta’ kuntatt tas-suq
Waqqafna diversi gruppi ta’ kuntatt tas-suq biex niggarantixxu li l-politiki tagħna jiġu implimentati mingħajr xkiel u b’mod effiċjenti. Il-gruppi jippermettulna nitkellmu wkoll ma’ firxa ta’ parteċipanti fis-suq u nsegwu aktar mill-qrib l-iżviluppi globali fis-swieq finanzjarji.
Gruppi ta’ kuntatt tas-suqKonsultazzjonijiet pubbliċi
Aħna regolarment infittxu kontribut dwar deċiżjonijiet u inizjattivi li jaffettwaw is-swieq finanzjarji. Dan l-impenn dirett jippermettilna nibbenefikaw mill-għarfien tan-nies involuti jew interessati f’dawn is-swieq.
Ara l-konsultazzjonijiet kontinwi u tal-passat tagħna