Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Staqsina

Aħna nistinkaw biex inkunu trasparenti, aċċessibbli u mifhuma miċ-ċittadini kollha

Aħna l-bank ċentrali taż-żona tal-euro u nservu madwar 350 miljun ċittadin Ewropew. Naħdmu biex inżommu l-prezzijiet stabbli, u nżommu lill-banek siguri.

Trid issir taf aktar dwarna, x’nagħmlu, u kif dan jaffettwak? Ikklikkja fuq xi wieħed mis-suġġetti ta’ hawn taħt biex issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar komuni, jew iskrollja fil-qiegħ tal-paġna biex tistaqsina l-mistoqsija tiegħek!

Aħna nistinkaw biex inkunu trasparenti, aċċessibbli u mifhuma miċ-ċittadini kollha

Dwar il-BĊE

X’inhu l-BĊE?

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa l-bank ċentrali taż-żona tal-euro u jissorvelja mill-qrib l-istokk u ċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro. L-għan ewlieni tagħna huwa li nżommu prezzijiet stabbli, u l-mod ewlieni li nagħmlu dan huwa billi nistabbilixxu rati tal-imgħax xierqa.

Aħna responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-banek fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).

Niċċaraw: X’inhu bank ċentrali? Il-BĊE u l-Eurosistema spjegati fi tliet minuti Il-MSU mfisser fi tliet minuti

L-azzjonijiet tagħna huma ggwidati mill-prinċipji ta’ trasparenza, indipendenza u responsabbiltà.

Niċċaraw: Għaliex il-BĊE huwa indipendenti? Il-BĊE Jispjega: l-akkontabilità
X’lingwa tintuża fil-BĊE?

Bħalissa hemm 24 lingwa uffiċjali tal-UE, u tista’ tikkomunika magħna bi kwalunkwe waħda minnhom. Il-lingwi li nużaw biex nikkomunikaw maċ-ċittadini jiddependu fuq l-udjenza fil-mira u ċ-ċirkostanzi speċifiċi. Il-BĊE jippubblika atti legali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u l-lingwa li jaħdem biha hija l-Ingliż.

Ta’ min hu l-BĊE?

Flimkien, il-banek ċentrali tal-pajjiżi kollha tal-UE huma s-sidien tal-BĊE. Is-sehem ta’ kull pajjiż mill-kapital tal-BĊE huwa marbut mal-popolazzjoni u l-prodott domestiku gross (PDG) tiegħu, li jingħataw piż indaqs. Il-pajjiżi li jużaw l-euro jħallsu aktar f’kapital milli dawk li ma jagħmlux dan. Dawn il-fatturi joħolqu dik li tissejjaħ l-iskema tal-kapital, li mbagħad tiddetermina l-ammont imħallas minn kull bank ċentrali nazzjonali.

Niċċaraw: Ta’ min hu l-BĊE?
Il-BĊE jagħmel profitti u jġarrab telf?

Il-BĊE jagħmel profitti u jġarrab telf, l-istess bħal istituzzjonijiet oħra. Il-qligħ u t-telf nett tal-BĊE jitqassmu fost il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro. L-Istatut tas-SEBĊ jiddikjara li sa 20 % ta’ kwalunkwe profitt jistgħu jinżammu bħala riżervi, filwaqt li l-profitt li jifdal għandu jitqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fi proporzjon mal-ishma mħallsa tagħhom. Kwalunkwe telf jista’ jiġi paċut kontra r-riżervi ġenerali, id-dħul għas-sena jew l-ammonti allokati lil kull bank ċentrali nazzjonali.

Niċċaraw: Il-BĊE jagħmel qligħ?
X’azzjoni ħa l-BĊE fir-rigward tal-gwerra fl-Ukrajna?

Il-Kunsill Governattiv esprima l-appoġġ kollu tiegħu lill-poplu tal-Ukrajna.

Implimentajna s-sanzjonijiet imposti mill-UE u l-gvernijiet Ewropej, u ninsabu lesti li nieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex niżguraw l-istabbiltà tal-prezzijiet u finanzjarja fiż-żona tal-euro.

Kun af iżjed:

Stqarrija għall-istampa tal-25 ta' Frar 2022 Aktar dwar l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja Mistoqsijiet frekwenti dwar l-invażjoni tal-Ukrajna u s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE

Il-politika monetarja

X’inhi l-politika monetarja tal-BĊE?

Il-politika monetarja tal-BĊE tinkludi l-miżuri kollha li jittieħdu biex jinfluwenzaw l-ispiża u l-aċċess għall-flus sabiex nilħqu l-għan tagħna ta’ stabbiltà fil-prezzijiet. L-istrument primarju tal-politika monetarja tagħna huwa s-sett tar-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Kwalunkwe bidla f’dawn ir-rati taffettwa — b’dewmien ta’ diversi xhur — ir-rati tal-imgħax fi ħdan l-ekonomija kollha, inklużi r-rati li bihom il-banek kummerċjali jsellfu l-flus lill-individwi u lill-kumpaniji. Jekk ikun meħtieġ, aħna nużaw ukoll għodod oħrajn biex jgħinuna niksbu l-għan primarju tagħna ta’ stabbiltà tal-prezzijiet.

Deċiżjonijiet Riċenti Dwar Il-Politika Monetarja L-għan tagħna tal-istabbiltà tal-prezzijiet u r-reviżjoni tal-istrateġija X’inhi l-politika monetarja?
Għaliex l-istabbiltà tal-prezzijiet hi daqshekk importanti?

L-għan ewlieni tal-BĊE hu l-istabbiltà tal-prezzijiet kif stabbilit fl-Artikolu 127 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Governattiv iqis li l-istabbiltà tal-prezzijiet tinżamm l-aħjar billi jimmira għal inflazzjoni ta’ 2 % fuq żmien medju, kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP).

Il-prezzijiet stabbli jħeġġu lill-kumpaniji biex jinvestu u jagħmluha aktar faċli għall-individwi biex jippjanaw l-infiq. Jgħinu wkoll biex tinżamm il-fiduċja fil-munita tagħna billi jżommu kostanti l-kwantità ta’ prodotti u servizzi li jistgħu jinxtraw b’ammont partikolari ta’ euro.

Niċċaraw: Għaliex il-prezzijiet stabbli huma importanti? Għaliex il-mira tal-inflazzjoni tagħna hi ta’ 2 %?
X’miżura tintuża biex tiġi vvalutata l-istabbiltà tal-prezzijiet?

Biex inżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet b’mod effettiv, neħtieġu kejl affidabbli tal-inflazzjoni. Biex jinkiseb dan, aħna nħarsu lejn il-prezzijiet ta mijiet ta’ affarijiet li n-nies tipikament jonfqu flushom fuqhom, inklużi oġġetti bħall-ikel, ħwejjeġ jew karozzi u servizzi bħal pjanijiet tal-mowbajl, biljetti tal-ferrovija u kiri ta’ djar. Dawn l-affarijiet kollha flimkien jagħtuna idea ta’ kemm qed jinbidlu l-prezzijiet fl-ekonomija b’mod ġenerali.

Din l-istampa akbar hija pprovduta mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP), li aħna nqisu bħala l-kejl l-aktar xieraq biex nivvalutaw il-kisba tal-għan tagħna ta’ stabbiltà tal-prezzijiet. L-HICP ikejjel l-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur — jiġifieri l-bidliet fuq medda ta’ żmien fil-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi għall-konsumatur mixtrija mill-unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro.

Dan jissejjaħ indiċi “armonizzat” għaliex il-pajjiżi kollha tal-UE jużaw l-istess metodoloġija. Dan jiżgura li d-data ta' pajjiż tista' titqabbel mad-data ta' ieħor.

L-HICP huwa kkompilat mill-Eurostat u mill-istituti nazzjonali tal-istatistika skont metodi statistiċi armonizzati. 

Il-kejl tal-inflazzjoni u r-reviżjoni tal-istrateġija
Għaliex bħalissa l-inflazzjoni hija għolja?

L-inflazzjoni naqset f’dawn l-aħħar xhur, iżda xorta għadha għolja wisq. It-tnaqqis fl-inflazzjoni huwa xprunat minn tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija li kien żdied għal livelli għoljin ħafna wara li r-Russja nediet l-invażjoni sħiħa tagħha tal-Ukrajna. Madankollu, il-prezzijiet għall-ikel u s-servizzi għadhom qed jiżdiedu b’mod qawwi. Il-pressjoni fuq il-prezzijiet f’ħafna setturi għadha għolja minħabba l-effetti mdewma taż-żieda riċenti fil-prezzijiet tal-enerġija u spejjeż oħra tal-input. Id-domanda akkumulata wara l-pandemija, l-effett ta’ dewmien tal-konġestjonijiet fil-provvista u l-marġni tal-profitt u s-salarji li qegħdin jogħlew ukoll qed jikkontribwixxu għaż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti u servizzi.

Xi tfisser l-inflazzjoni għolja u kif qed nindirizzawha
Għaliex qed ngħollu r-rati tal-imgħax?

Aħna l-bank ċentrali għall-euro, u huwa l-mandat tagħna li nżommu l-prezzijiet stabbli. Meta l-prezzijiet ikunu qed jogħlew b’rata mgħaġġla wisq – iż-żieda fir-rati tal-imgħax tgħinna nreġġgħu l-inflazzjoni lura għall-mira tagħna ta’ 2 % fuq żmien medju.

Inħarsu wkoll mill-qrib lejn l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni — bħalissa, l-inflazzjoni qed tkun ta’ piż għan-nies, u ħafna huma inkwetati li se tibqa’ magħna. Iż-żieda fir-rati tal-imgħax tgħinna nibagħtu messaġġ li mhux se nippermettu li l-inflazzjoni tibqa’ ‘l fuq minn 2 %, u dan jgħin biex l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni jinżammu taħt kontroll.

Għollejna r-rati tal-imgħax. Xi jfisser dan għalik?
X’inhu l-iskop ta’ xiri ta’ assi?

Il-banek ċentrali xi drabi jistgħu jixtru assi bħal bonds tal-gvern jew bonds korporattivi bil-għan li jnaqqsu r-rati tal-imgħax fuq żmien itwal meta jkun hemm riskju li l-inflazzjoni tibqa’ baxxa. Dan ix-xiri ta’ assi jgħin lill-ekonomija billi jagħti spinta lill-konsum u l-investiment, u fl-aħħar mill-aħħar jgħin biex il-pressjonijiet tal-prezzijiet jinbnew u jgħollu l-inflazzjoni għall-mira ta’ 2 %.

Minħabba ż-żieda fl-inflazzjoni, il-BĊE ma għadux qed iwettaq xiri nett minn Lulju 2022 u ddeċieda li jwaqqaf l-investimenti mill-ġdid taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi minn Lulju 2023.  

Niċċaraw: Kif jaħdem il-quantitative easing Niċċaraw: Kif jaħdem il-programm tal-BĊE għax-xiri ta’ assi?
X’inhi l-istrateġija l-ġdida tal-politika monetarja tal-BĊE?

Aħna ppubblikajna l-istrateġija l-ġdida tal-politika monetarja tagħna fit-8 ta’ Lulju 2021. Mir-reviżjoni tal-istrateġija preċedenti fl-2003, l-ekonomija taż-żona tal-euro u l-ekonomija globali għaddew minn bidliet profondi. L-implikazzjonijiet tat-tnaqqis fil-produttività u d-demografija mibdula u l-wirt tal-kriżi finanzjarja naqqsu l-kapaċità tagħna li nilħqu l-objettivi tagħna billi nbiddlu r-rati tal-imgħax ewlenin biss. Barra minn hekk, il-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, it-theddida għas-sostenibbiltà ambjentali, u l-bidliet fis-sistema finanzjarja kollha jippreżentaw sfidi għat-twettiq tal-politika monetarja.

Filwaqt li l-mandat tagħna huwa mogħti mit-Trattati, huwa f’idejna li nfasslu l-istrateġija tal-politika monetarja tagħna. Din l-istrateġija tiddeskrivi kif biħsiebna nilħqu l-għan primarju tagħna tal-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro bl-użu ta’ sett xieraq ta’ strumenti tal-politika monetarja. Permezz ta’ din l-istrateġija l-ġdida l-BĊE stabbilixxa mira ta’ inflazzjoni simetrika ta’ 2 %, li timplika li l-inflazzjoni li hija inqas mill-mira hija daqstant mhux mixtieqa daqs l-inflazzjoni li hija għolja wisq.

Aktar dwar ir-reviżjoni tal-istrateġija
Għandek aktar mistoqsijiet dwar il-politika monetarja tagħna?

Tixtieq tkun taf aktar dwar l-għodod, il-miżuri u d-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tagħna?

Aktar dwar il-politika monetarja Spjegazzjonijiet: Il-politika monetarja

Tixtieq tkun taf aktar dwar il-passi ewlenin tar-reviżjoni tal-istrateġija?

Mistoqsijiet u tweġibiet fuq ir-reviżjoni tal-istrateġija

Superviżjoni bankarja

X’inhi s-superviżjoni bankarja?

L-għan tas-superviżjoni bankarja Ewropea huwa li tiżgura s-sikurezza u s-sodezza tas-sistema bankarja Ewropea, li żżid l-integrazzjoni finanzjarja u l-istabbiltà, u li tiżgura superviżjoni konsistenti.

Il-BĊE Jispjega: Superviżjoni bankarja Ewropea
X’inhu l-MSU?

Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) huwa s-sistema ta' superviżjoni bankarja fl-Ewropa. Jiġbor fi ħdanu s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti.

L-MSU mfisser fi tliet minuti
X’nista’ nagħmel jekk nissuspetta ksur tal-liġi tal-UE?

Aħna nħeġġu lil kulħadd biex jirrapporta ksur suspettat tad-dritt rilevanti tal-Unjoni direttament lilna permezz tal-pjattaforma tagħna ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta. Il-BĊE jiżgura protezzjoni xierqa kemm għal dawk li jirrappurtaw ksur kif ukoll għal dawk li jiġu akkużati bih, u wkoll għad-data personali kollha involuta.

Kif nista’ nitlob informazzjoni speċifika dwar il-banek taħt superviżjoni?

Aħna fil-BĊE naħsbu li huwa vitali li l-informazzjoni tkun aċċessibbli. L-għan tagħna huwa li nkunu trasparenti kemm jista’ jkun, filwaqt li fl-istess ħin niżguraw il-kunfidenzjalità meta niġu għall-kwistjoni dwar kif aħna nwettqu l-kompiti tagħna.

L-informazzjoni dwar banek individwali taħt superviżjoni hija protetta b’mod speċifiku minn għadd ta’ rekwiżiti ta’ segretezza professjonali, kif deskritt fid-dritt Ewropew (eż. id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali).

L-aċċess għal dokumenti tal-BĊE huwa regolat mid-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004, kif emendata. F’konformità mal-impenn tagħna għall-ftuħ u t-trasparenza ħloqna Reġistru Pubbliku ta’ Dokumenti biex nippermettu u niffaċilitaw ir-riċerka.

Ara r-Reġistru Pubbliku tad-Dokumenti
Liema banek jissorvelja l-BĊE?

Il-banek taħt superviżjoni diretta mill-BĊE jissejħu istituzzjonijiet sinifikanti, filwaqt li dawk li nissorveljaw indirettament jissejħu istituzzjonijiet inqas sinifikanti.

Lista tal-entitajiet issorveljati mill-BĊE
X’inhu s-SREP?

Is-superviżuri jivvalutaw ir-riskji li jiffaċċjaw il-banek u jivverifikaw li huma attrezzati biex jimmaniġġjaw dawk ir-riskji b’mod xieraq. Dan jissejjaħ il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni (SREP) u l-għan tiegħu huwa li jippermetti li l-profili tar-riskju tal-banek jiġu vvalutati b’mod konsistenti u jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwalunkwe miżuri superviżorji meħtieġa.

Aktar tagħrif dwar l-iSREP
X’inhu test tal-istress?

Is-superviżuri jużaw testijiet tal-istress biex jivvalutaw kemm il-banek jistgħu jifilħu għal skossi finanzjarji u ekonomiċi. Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress jgħinu lis-superviżuri jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet tal-banek u jindirizzawhom fi stadju bikri bħala parti mid-djalogu superviżorju tagħhom.

Aktar dwar it-testijiet tal-istress
Il-BĊE kif jintraċċa r-riskji tal-IT u dawk ċibernetiċi tal-banek?

L-episodji reċenti matul il-pandemija u l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja żiedu l-importanza tal-protezzjoni tas-servizzi kritiċi minn attakki u qtugħ. Biex is-settur finanzjarju tal-UE jsir aktar b’saħħtu u aktar reżiljenti mill-aspett diġitali, il-BĊE jeżamina l-iskoperturi tal-banek għar-riskji tal-IT u jivvaluta l-kapaċitajiet tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom. Dan isir permezz tal-qafas tal-BĊE għar-rappurtar tal-inċidenti ċibernetiċi u billi jiġu riveduti r-risposti tal-banek għal kwestjonarju annwali dwar ir-riskju tal-IT. Il-BĊE qed iniedi wkoll test tal-istress tematiku dwar ir-reżiljenza ċibernetika fl-2024, li huwa maħsub biex jittestja kif il-banek huma kapaċi jirreaġixxu għal attakk ċibernetiku ta’ suċċess u jirkupraw minnu.

Aqra l-artiklu tagħna: Ir-riskju tal-IT u r-riskju ċibernetiku: sfida kostanti Ir-riskju tal-IT u r-riskju ċibernetiku — osservazzjonijiet ewlenin
Il-BĊE kif jippenalizza mġiba ħażina minn bank taħt superviżjoni?

Il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet, jiġifieri penali finanzjarji fuq banek sinifikanti li jiksru l-liġi tal-UE li hija applikabbli direttament jew deċiżjonijiet jew regolamenti tal-BĊE. Fil-każ ta’ ksur tal-liġi nazzjonali li timplimenta d-direttivi tal-UE, ksur imwettaq minn persuni fiżiċi jew meta jkollha tiġi imposta penali mhux pekunjarja, il-BĊE jista’ jitlob lill-awtorità superviżorja nazzjonali (ANK) relevanti biex tibda l-proċeduri xierqa. L-ANK tmexxi dawn il-proċedimenti u tiddeċiedi dwar il-penali li jirriżultaw skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Il-penali imposti mill-BĊE fl-ambitu tal-kompiti superviżorji tiegħu huma ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE:

Sanzjonijiet superviżorji Aktar dwar is-sanzjonijiet
Għandek aktar mistoqsijiet dwar is-superviżjoni bankarja?

L-euro u s-sistemi tal-ħlasijiet

Aħna, bħala Ewropej, kif nibbenefikaw mill-euro?

Il-ħolqien tal-euro kien kisba impressjonanti biex jingħaqdu n-nies tal-Ewropa billi ppermettielhom jivvjaġġaw, jistudjaw u jaħdmu barra minn pajjiżhom b’mod ħafna aktar faċli u sikur. It-Trattat ta’ Maastricht kien wieħed mill-aktar stadji importanti fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea, u wieħed mill-affarijiet li għamel kien li jwitti t-triq għall-ħolqien ta’ munita komuni.

X’ħadu bl-euro ċ-ċittadini Ewropej?
X’inhu euro diġitali?

Il-BĊE qed jesplora l-possibbiltà li jintroduċi euro diġitali. Din tkun forma elettronika ta’ flus maħruġa mill-Eurosistema. Dawn ikunu flus tal-bank ċentrali u għalhekk mingħajr riskju. Bħalissa, il-flus kontanti huma l-uniċi flus tal-bank ċentrali użati għall-pagamenti bl-imnut. Euro diġitali jkun mod addizzjonali ta’ kif isiru l-pagamenti bl-euro, mingħajr ma jissostitwixxi l-flus kontanti iżda pjuttost jikkomplementahom. Ikun jista’ jissarraf (fuq bażi ta’ wieħed għal wieħed) għal kull forma oħra ta’ euro, bħall-karti tal-flus.

Aktar dwar l-euro diġitali
Xi jkunu l-benefiċċji ta’ euro diġitali?

Euro diġitali jgħaqqad l-effiċjenza ta’ strument ta’ ħlas diġitali mas-sigurtà tal-flus tal-bank ċentrali. Dan jgħin lill-UE tibqa’ indipendenti mill-metodi ta’ ħlas diġitali maħruġa u kkontrollati minn barra ż-żona tal-euro. Dan jiżgura wkoll stabbiltà finanzjarja u sovranità monetarja, u jgħin biex tinżamm il-fiduċja fil-ħlasijiet fl-era diġitali.

Għaliex l-euro diġitali mhux se jkun kriptoassi jew stablecoin?

Il-kriptoassi huma fundamentalment differenti mill-flus tal-bank ċentrali: il-prezzijiet tagħhom huma estremament volatili, li jagħmilhom diffiċli biex jintużaw bħala mezz ta’ ħlas jew unità ta' kont. Il-kriptoassi ma għandhom l-ebda valur intrinsiku u l-ebda istituzzjoni pubblika ma tappoġġahom. Hemm tħassib simili dwar l-istablecoins: l-affidabbiltà tagħhom fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq l-entità emittenti u l-assi sottostanti. Dawn jiddependu wkoll fuq li l-emittent jonora l-wegħda tiegħu li jżomm il-valur tal-muniti stabbli maż-żmien. L-euro diġitali, min-naħa l-oħra, ikun flus tal-bank ċentrali. Dan ifisser li jinħareġ minn bank ċentrali u jkun magħmul biex jilħaq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini: minbarra li jirrispetta l-privatezza, ikun ukoll mingħajr riskju.

Kif jista’ jidher l-euro diġitali?

Esperti mill-Eurosistema stabbilixxew għadd ta’ rekwiżiti bażiċi biex jgħinuna naraw kif jista’ jidher l-euro diġitali. Dawn jinkludu l-aċċessibbiltà faċli, ir-robustezza, is-sikurezza, l-effiċjenza, il-privatezza u l-konformità mal-liġi. L-euro diġitali jkun iddisinjat biex ikun interoperabbli ma’ servizzi ta’ ħlas eżistenti, li jiffaċilita l-provvista ta’ ħlasijiet pan-Ewropej u servizzi oħra lill-konsumaturi.

Il-BĊE kif se jiżgura l-privatezza tad-data tal-utenti għall-euro diġitali?

L-Eurosistema m'għandha l-ebda interess li tiġbor data tal-ħlas minn utenti individwali, li tintraċċa l-imġiba tal-ħlas jew li taqsam tali data ma’ aġenziji tal-gvern jew istituzzjonijiet pubbliċi oħra.

L-utenti x'aktarx ikollhom jidentifikaw lilhom infushom meta jaċċessaw is-servizzi diġitali tal-euro għall-ewwel darba, iżda xorta jistgħu jiġu ggarantiti livelli għoljin ta’ privatezza għall-pagamenti tagħhom.

Għaliex il-BĊE qed jippjana li jiddisinja mill-ġdid il-karti tal-flus tal-euro?

Il-karti tal-flus tal-euro huma simbolu tanġibbli u viżibbli tal-unità Ewropea u hija r-responsabbiltà tagħna li nżommuhom aġġornati. Bħala parti mill-proċess regolari tal-iżvilupp tal-karti tal-flus, u 20 sena wara l-introduzzjoni tal-ewwel euro, wasal iż-żmien li jiġi rivedut id-disinn tal-karti tal-flus tal-euro.

F’Diċembru tal-2021, il-BĊE beda jeżamina l-ideat għal tema ġdida tal-karti tal-flus bħala pass inizjali lejn id-disinn mill-ġdid tal-karti tal-flus tal-euro biex isiru aktar relatabbli għall-Ewropej, filwaqt li jiżgura wkoll li l-karti tal-flus il-ġodda u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom jinkorporaw l-aħjar teknoloġija u l-aktar waħda sostenibbli disponibbli.

Il-proċess ta’ disinn mill-ġdid jikkonsisti f’żewġ fażijiet konsekuttivi: l-għażla ta’ tema ġdida u l-iżvilupp ta’ disinji ġodda. Il-pubbliku ġenerali huwa involut matul il-proċess kollu, bi stħarriġ pubbliku li jsir kemm mill-BĊE kif ukoll minn kumpanija separata tar-riċerka.

Bħalissa huwa antiċipat li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE se jiddeċiedi dwar id-disinn il-ġdid għall-karti tal-flus tal-euro fl-2026.

Mistoqsijiet frekwenti dwar il-proċess ta’ disinn mill-ġdid
Il-karti tal-flus tal-EUR 500 għadhom validi?

Il-karti tal-flus tal-€500 mhux se jinħarġu iżjed. Madankollu jibqgħu valuta legali, u għalhekk xorta tista’ tużahom bħala mezz ta’ ħlas u ħażna ta' valur.

Aktar tagħrif dwar il-karta ta’ €500
Nista’ nuża immaġni tal-karti tal-flus tal-euro?

L-immaġnijiet tal-karti tal-flus tal-euro jistgħu jintużaw għal skopijiet mhux professjonali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tagħna, sakemm ikun hemm konformità mar-regoli eżistenti kollha (b’mod partikolari l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10) biex jiġi żgurat li r-riproduzzjoni qatt ma tiġi konfuża ma’ karta tal-flus ġenwina (billi dan ikun ta’ ħsara għall-fiduċja fl-euro).

Jekk tixtieq tuża immaġnijiet b’riżoluzzjoni għolja tal-karti tal-flus tal-euro għal skopijiet professjonali, għandek tikkuntattjana fuq Euro-Banknotes-Images@ecb.europa.eu sabiex inkunu nistgħu nivvalutaw il-każ tiegħek. Jekk it-talba tiegħek tiġi approvata tintbagħat l-immaġnijiet elettroniċi rilevanti.

X’inhuma s-Servizzi tat-TARGET?

Is-servizzi tat-TARGET huma għadd ta’ servizzi żviluppati u operati mill-Eurosistema li jiżguraw il-fluss ħieles tal-flus kontanti, tat-titoli u tal-kollateral madwar l-Ewropa.

Dawn is-servizzi ta’ infrastruttura tas-suq finanzjarju jinkludu t-T2 (għas-saldu ta’ pagamenti ta’ valur kbir), it-T2S (għas-saldu tat-titoli), it-TIPS (servizz għall-ħlasijiet istantanji bl-imnut) u l-ECMS (servizz għall-ġestjoni tal-kollateral). Dawn is-servizzi kollha jitħallsu fi flus tal-bank ċentrali. T2 hija l-pjattaforma l-aktar użata għall-pagamenti ta’ volum kbir mill-banek ċentrali u l-banek kummerċjali.

Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ma jistgħux jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ trasferimenti bankarji individwali, kemm jekk fiż-żona tal-euro kif ukoll internazzjonalment. 

Aktar tagħrif dwar is-Servizzi tat-TARGET
X’inhu TIPS?

TIPS huwa servizz tat-TARGET li tnieda mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali fl-2018. Dan jippermetti lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament joffru trasferimenti ta’ fondi f’ħin reali lill-klijenti tagħhom erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Bis-saħħa tat-TIPS, il-ħlasijiet istantanji issa jistgħu jsiru malajr u b’mod sikur.

Aktar dwar TIPS
Għandek aktar mistoqsijiet dwar l-euro u s-sistemi ta’ ħlas tagħna?

X’inhi l-istrateġija tagħna dwar il-flus kontanti? Għaliex il-flus kontanti huma importanti? In-nies fiż-żona tal-euro kif iħobbu jħallsu?

Sib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet hawnhekk

Għaliex is-sistemi ta’ ħlas huma daqshekk importanti?

Żur it-taqsima tal-pagamenti u s-swieq tas-sit web tagħna

Tibdil fil-klima

Għaliex it-tibdil fil-klima huwa importanti għall-BĊE?

Aħna fil-BĊE għandna interess qawwi li nindirizzaw ir-riskji klimatiċi fi ħdan il-mandat tagħna. It-tibdil fil-klima huwa importanti għalina għaliex jaffettwa l-ekonomija, li min-naħa tagħha taffettwa l-għan tagħna li nżommu l-prezzijiet stabbli. Dan jaffettwa wkoll kif aħna nissorveljaw il-banek u kif nimmaniġġjaw l-esponiment tagħna stess għar-riskji klimatiċi.

Għaliex it-tibdil fil-klima huwa importanti għall-BĊE?
Il-BĊE kif jindirizza t-tibdil fil-klima?

B’mod regolari nippubblikaw informazzjoni dwar kif il-BĊE qed jindirizza l-kwistjoni tat-tibdil fil-klima fuq is-siti web tagħna:

It-tibdil fil-klima u l-BĊE It-tibdil fil-klima u s-superviżjoni bankarja Il-ħarsien tal-ambjent fil-BĊE

Ir-rispons tagħna għall-koronavirus

X’għamel il-BĊE b’reazzjoni għall-bidu tal-pandemija tal-coronavirus (COVID-19)?

Fl-2020 u l-2021 il-BĊE stabbilixxa sett ta’ miżuri tal-politika monetarja u tas-superviżjoni bankarja biex jittaffa l-impatt tal-pandemija fuq l-ekonomija taż-żona tal-euro u jiġu appoġġati ċ-ċittadini Ewropej kollha.

Ir-rispons tagħna għall-pandemija tal-koronavirus

Dawn il-Mistoqsijiet Frekwenti jagħtu d-dettalji tal-miżuri relatati mal-pandemija li s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE implimentat fl-2020 u fl-2021.

Waħda minn dawn il-miżuri tal-politika monetarja kienet il-Programm ta' Xiri ta' Emerġenza fil-każ ta' Pandemija (PEPP), programm ta’ xiri ta’ assi li tnieda f’Marzu 2020. L-għan tal-PEPP kien li jgħin liċ-ċittadini, lill-kumpaniji u lill-gvernijiet ikollhom aċċess għall-fondi li kienu jeħtieġu b’termini favorevoli, u b’hekk jgħin lill-ekonomija tindirizza l-isfidi ppreżentati mill-pandemija.

Niċċaraw: X’inhu l-programm ta' xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP)? Stqarrija għall-istampa dwar il-PEPP

Fl-10 ta’ Frar 2022 ħabbarna t-tmiem tal-aħħar miżuri temporanji ta’ salvataġġ li għadhom disponibbli għall-banek.

Dak li ma nagħmlux

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Il-BĊE jagħti self direttament lil individwi jew lil kumpaniji?

Le, il-BĊE mhuwiex bank kummerċjali li jipprovdi servizzi bankarji lil individwi u lil kumpaniji. Ma noffrux self jew kontijiet ta’ tfaddil, u lanqas m’għandna sit web bankarju online.

Is-superviżjoni Bankarja tal-BĊE hija responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-kwistjonijiet tal-ħasil tal-flus?

Le, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ma jaqgħux taħt il-mandat tal-BĊE. Minflok, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jibqgħu responsabbli għal dawn il-kwistjonijiet. Jekk ikollok xi lment dwar il-bank tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjah direttament jew indirizza l-ilment tiegħek lill-awtorità nazzjonali rilevanti.

Informazzjoni dwar miżuri kontra l-ħasil tal-flus

Scams u frodi

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Frodi – użu ħażin tal-isem u l-logo tal-BĊE

Il-BĊE ma jipprovdix servizzi bankarji kummerċjali. Xi drabi, l-identità tagħna tintuża ħażin b’rabta ma’ tranżazzjonijiet finanzjarji foloz u attivitajiet frodulenti oħra. Il-membri tal-persunal tagħna jistgħu wkoll jiġu impersonati jew imsemmija fi skemi frodulenti (scams), u l-isem u l-logo tagħna jistgħu jintużaw ħażin ukoll.

Skopri aktar dwar l-użu ħażin tal-isem tal-BĊE u x’tista’ tagħmel

Kif tista’ tagħmel kuntatt magħna?

Tista’ tibgħatilna l-mistoqsijiet, il-kummenti jew is-suġġerimenti tiegħek relatati mal-kompiti u mal-attivitajiet tagħna fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.(Bħalissa, din il-formola hija disponibbli biss bl-Ingliż. Traduzzjonijiet f'lingwi oħrajn se jkunu lesti dalwaqt.) Tista’ tikkuntattjana wkoll bit-telefown mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mill-10:00 sa 12:00 u mis-14:00 sal-16:00 CET.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima