L-intelliġenza artifiċjali: kif qed tibdel l-affarijiet?
Ir-rwol dejjem akbar tal-intelliġenza artifiċjali (IA) qed issawwar mill-ġdid kif naħsbu dwar il-produttività, ix-xogħol u, possibbilment, l-inflazzjoni. Fir-rieżami tal-istrateġija tagħna tal-2021, aħna osservajna li d-diġitalizzazzjoni tista’ tnaqqas il-pressjonijiet fuq il-prezzijiet, kemm direttament, hekk kif it-teknoloġija ssir orħos, kif ukol indirettament, minħabba li tbiddel il-mod kif jaħdmu s-swieq.
Minn dak iż-żmien ’l hawn, ir-ritmu tad-diġitalizzazzjoni żdied, speċjalment bl-emerġenza tal-IA ġenerattiva. Filwaqt li hemm ħafna eċċitament dwar it-teknoloġiji l-ġodda u qed jiġi pproklamat li se jibdlu kollox, l-IA għadha mhix użata ħafna. Għadu mhux ċar xi jfisser dan kollu għall-ekonomija u għall-inflazzjoni. L-IA se tagħti spinta lill-produttività u tnaqqas il-prezzijiet? Jew se tiskatta pagi ogħla u tagħti spinta lid-domanda, u għalhekk tgħolli l-prezzijiet?
Il-logħba ċess lesta biex tibda, imma għad irridu naraw x’se jkun ir-riżultat.