Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-31 ta’ Marzu 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Marzu 2017 iż-żieda ta’ EUR 22.1 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.8 biljun għal EUR 284.7 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli, li pattew sew għat-tnaqqis ta’ EUR 1.4 biljun minħabba l-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
30 ta’ Marzu 2017 | Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.0 biljun | USD 4.5 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 305.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.3 biljun għal EUR 1,114.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 42.6 biljun għal EUR 178.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 122.3 biljun għal EUR 200.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Marzu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 14.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 1.3 biljun. Barra dan, ġew rimborżati qabel il-maturità EUR 16.7 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I). Barra minn hekk, ġiet konkluża r-raba’ offerta ta’ EUR 233.5 biljun b’maturità ta’ 1,456 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 584.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 508.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 8.4 biljun għal EUR 1,887.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-31 ta’ Marzu 2017 | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 9.6 biljun | - | -EUR 0.5 biljun | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 6.1 biljun | - | -EUR 0.2 biljun | +EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 214.4 biljun | +EUR 0.4 biljun | -EUR 0.6 biljun | -EUR 0.6 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 24.2 biljun | +EUR 0.5 biljun | -EUR 0.3 biljun | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 75.5 biljun | +EUR 1.9 biljun | -EUR 0.0 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,457.7 biljun | +EUR 13.4 biljun | -EUR 0.3 biljun | -EUR 5.4 biljun |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 99.7 biljun | - | - | +EUR 0.2 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 102.3 biljun għal EUR 1,048.5 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2017 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,161.631 kull uqija fina
USD: 1.0691 kull EUR
JPY: 119.55 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.27 kull SDR
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 404,188 | 0 | 22,127 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 323,354 | −1,616 | −1,415 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,550 | −8 | −286 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 245,804 | −1,608 | −1,128 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 33,872 | 1,311 | −277 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 20,203 | 788 | −38 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 20,203 | 788 | −38 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 784,224 | 197,408 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 14,755 | −17,927 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 769,185 | 215,376 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 285 | −40 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 69,774 | −12,724 | 0 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,192,838 | 13,093 | −8,798 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,887,124 | 14,336 | −5,911 | |
7.2 | Titoli oħra | 305,713 | −1,243 | −2,887 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,372 | −6 | −32 | |
9 | Assi oħra | 245,905 | 9,920 | 3,950 | |
Attiv totali | 4,100,730 | 208,176 | 15,517 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,114,454 | 3,258 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,632,524 | 177,396 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,048,498 | 102,276 | 0 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 584,014 | 75,115 | 0 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 12 | 6 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 15,142 | 1,078 | 0 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 304,809 | −36,064 | 0 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 178,894 | −42,606 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 125,915 | 6,542 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 218,774 | 65,318 | −16 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,043 | −1,889 | −82 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,393 | −1,668 | 36 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,393 | −1,668 | 36 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 59,048 | 0 | −215 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 229,421 | 258 | −1,819 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 412,030 | 0 | 17,613 | |
12 | Kapital u riżervi | 101,091 | 489 | 0 | |
Passiv totali | 4,100,730 | 208,176 | 15,517 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja