Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Verżjoni Ġdida Tal-Website Tal-BĊE www.ecb.europa.eu

29 ta' Ġunju 2004

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) nieda verżjoni ġdida tal-website tiegħu (www.ecb.europa.eu) nhar is-Sibt, 26 ta’ Ġunju 2004. Id-disinn ta’ dan il-website ġie mmodernizzat u l-kontenut tiegħu ġie ristrutturat sabiex ikun iżjed faċli li wieħed jużaha.

B’mod partikolari, ġiet imtejjba l-istruttura ta’ navigazzjoni u ġiet inkorporata search engine komprensiva. Barra minn hekk, ħafna mill-kontenut issa jista’ jiġi kkonsultat minn persuni nieqsin mill-vista b’mod aktar faċli, minħabba li bosta paġni issa jikkonformaw mal-livell AAA ta’ l-Inizjattiva ta’ Aċċessibbiltà tal-Web. Titjib ieħor kbir jikkonsisti fiż-żieda fin-numru ta’ lingwi li fihom tista’ tinstab l-informazzjoni, permezz taż-żewġ sezzjonijet ta’ interess partikolari għall-pubbliku ġenerali – “The European Central Bank” (Il-Bank Ċentrali Ewropew) u “Banknotes & Coins” (Karti tal-flus u Muniti) – li issa jinstabu fl-20 lingwa uffiċjali ta’ l-UE.

Il-BĊE sejjer ikompli fl-isforzi tiegħu sabiex jiżviluppa aktar u jtejjeb l-website tiegħu bħala wieħed mill-mezzi ewlenin ta’ komunikazzjoni tiegħu.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja