Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rati ta’ l-Imgħax fuq Żmien Twil Biex tiġi stmata l-konverġenza fil-pajjiżi aderenti

29 ta' April 2004

Illum, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Eworpea (Eurostat) ippubblikaw, għall-ewwel darba, statistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax fuq żmien twil għall-għaxar pajjiżi aderenti li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-1 ta’ Mejju 2004.

Fil-preżent, ir-rati ta’ l-imgħax armonizzati u fuq żmien twil huma disponibbli għal disa’ pajjiżi aderenti. Dawn ir-rati ta’ l-imgħax ser jintużaw biex jiġi stmat il-livell ta’ konverġenza ta’ dawn il-pajjiżi, kif meħtieġ skond l-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat). Fl-istess ħin, indikatur separat tar-rati ta’ l-imgħax qed jiġi ppubblikat għall-Estonja. Dan l-indikatur ser ikun issorveljat mill-qrib u ser jiġi ssostitwit hekk kif indikatur aħjar isir disponibbli.

Ir-rati ta’ l-imgħax ġew definiti konġuntament mill-Bank Ċentrali Ewropew, mill-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi aderenti u mill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat). Fil-preżent, serje ta’ kull xahar li tkopri l-perijodu minn Frar 2003 sa Frar 2004 qed jiġu murija. L-aġġornamenti ta’ kull xahar ta’ dawn l-istatistiċi ser jiġu ppubblikati fuq il-websites tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni (Eurostat).

Skond l-Artikolu 121 tat-Trattat, il-konverġenza tar-rati ta’ l-imgħax fuq żmien twil hi waħda mill-kriterji biex tkun tista’ tiġi stmata il-kisba ta’ livell għoli ta’ konverġenza sostenibbli għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). L-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-kriterji ta’ konverġenza anness mat-Trattat jgħid illi r-rati ta’ l-imgħax għandhm jitqiesu fuq il-bażi tal-bonds tal-Gvern marbutin għal żmien twil jew fuq titoli paragunabbli. L-istruttura ta’ l-istatistika tal-pajjiżi aderenti hi bbażata fuq l-istess prinċipji li kienu ġew applikati lill-Istati Membri ta’ l-UE fiż-żmien li wassal għat-Tielet Stadju ta’ l-UME.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja