Il-munita komuni tagħna
Aktar minn 346 miljun Ewropew jużaw l-euro. Aħna niżguraw li tista' tafda l-munita komuni tagħna kemm id-dar kif ukoll meta tivvjaġġa, tistudja jew taħdem f'pajjiżi oħra taż-żona tal-euro. Aħna niddisinjaw ukoll karti tal-flus tal-euro, billi niżguraw li huma sikuri mill-falsifikazzjoni u reżistenti għall-użu u l-kedd.
L-ewro – munita li tista’ tafda
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
X’ħadu bl-euro ċ-ċittadini Ewropej?
L-ivvjaġġar, ix-xogħol jew l-istudju barra mill-pajjiż – kollha mħaffa bl-euro.
Il-karta tal-flus fil-but tiegħek – robusta, sikura u xogħol tal-arti
Qatt ħarist mill-qrib lejn karta tal-flus tal-euro? Għandhom karatteristiċi ta’ sigurtà li jagħmluhom diffiċli biex jiġu ffalsifikati, disinn li jirrappreżenta l-valuri Ewropej, u l-firma tal-President tal-BĊE biex jgħinu jiżguraw il-fiduċja fil-munita.
Esplora l-karatteristiċi tas-sigurtà tal-karti tal-flus tal-euroL-euro jgħaqqadna – fil-paċi, fil-libertà u fil-prosperità
Karti tal-flus u muniti tal-euro jservu ta’ tfakkira ta’ kuljum ta’ kemm irnexxejna fl-Ewropa billi naħdmu flimkien. Kemm jekk trabbejt bl-euro, kemm jekk pajjiżek adottah biss reċentement, il-flus fil-but tagħna jgħaqqduna bejn il-fruntieri.
Skopri kif tibbenefika mod ieħor bl-euro!Ittestja lilek innifsek!
Skopri kemm taf dwar il-flus f'dan il-kwizz interattiv. Ittestja lilek innifsek!