Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Marzu 2025
X’inhuma l-punti ewlenin?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Qegħdin innaqqsu r-rati tal-imgħax ewlenin tagħna b’0.25 punti perċentwali
Qegħdin nagħmlu dan minħabba li l-inflazzjoni miexja kif ippjanat sabiex tistabbilizza għal madwar il-mira tagħna ta’ 2 %, u l-ekonomija qiegħda tiffaċċja sfidi.
X’inhu jiġri fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
L-inċertezza fuq livell domestiku u lil hinn hija piż fuq l-ekonomija
It-tensjonijiet kummerċjali jistgħu jkunu ta’ piż fuq l-esportazzjonijiet u jagħmluha aktar diffiċli għad-ditti sabiex jippjanaw ‘il quddiem. Minħabba l-inċertezza, id-ditti qed iżommu lura milli jagħmlu investimenti kbar u n-nies għadhom qed ifaddlu ħafna mid-dħul tagħhom. Iżda, gradwalment, l-ekonomija għandha ssir iktar b’saħħitha.
Ħafna nies għandhom xogħol
Il-qgħad jibqa’ qrib l-inqas livell li qatt kien tiegħu minn mindu bdiet l-euro. Is-servizzi, b’mod partikolari, sejrin tajjeb.
L-inflazzjoni miexja lejn il-mira tagħna ta’ 2 %
Il-prezzijiet tal-ikel qegħdin jiżdiedu xi ftit aktar malajr minn qabel. Madankollu, b’mod ġenerali, l-inflazzjoni nieżla l-aktar minħabba pagi u minħabba li l-pagi ma għadhomx qed jogħlew daqstant.
Kif qed naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tirkupra bil-mod fis-snin li ġejjin
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir fiż-żona tal-euro fl-2025 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2025)
Nistennew li l-inflazzjoni tistabbilizza ruħha madwar il-mira tagħna ta’ 2 %
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2025 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2025)
Ara d-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja