Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-11 ta’ Marzu 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Marzu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 268.5 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
10 ta’ Marzu 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 85 miljun | USD 74 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 350.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 1,066.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 108.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 15.8 biljun għal EUR 255.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 61.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 60.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 262.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 246.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.2 biljun għal EUR 951.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-11 ta’ Marzu 2016 | Differenza mqabbla mal-4 ta’ Marzu 2016 – xiri | Differenza mqabbla mal-4 ta’ Marzu 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 19.6 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 8.9 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 161.6 biljun | +EUR 1.7 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 19.1 biljun | +EUR 0.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 620.5 biljun | +EUR 12.5 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 121.3 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 8.2 biljun għal EUR 556.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 338,713 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 306,941 | 39 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,672 | −3 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
227,268 | 42 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 32,165 | −397 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,109 | 329 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,109 | 329 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 517,576 | −462 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 60,808 | −484 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 456,744 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 24 | 22 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 113,498 | −894 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,301,463 | 13,252 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 950,980 | 14,212 | |
7.2 | Titoli oħra | 350,483 | −959 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 27,065 | 0 | |
9 | Assi oħra | 212,792 | 614 | |
Assi Totali | 2,872,321 | 12,480 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,066,052 | 534 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 818,475 | 7,213 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 556,176 | −8,168 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 262,201 | 15,386 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 99 | −4 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,776 | −141 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 201,995 | 2,557 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 108,379 | 5,620 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 93,616 | −3,063 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 55,732 | 1,249 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 6,788 | −382 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,592 | 522 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,592 | 522 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,179 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 210,361 | 929 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 346,172 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 98,199 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,872,321 | 12,480 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja