Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-10 ta’ Lulju 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Lulju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 264.0 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
9 ta’ Lulju 2015 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 155.0 miljun | USD 308.0 miljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 365.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.2 biljun għal EUR 1,050.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 96.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 13.6 biljun għal EUR 417.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 76.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 74.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 123.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 112.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.3 biljun għal EUR 491.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-10 ta’ Lulju 2015 | Differenza mqabbla mat-3 ta’ Lulju 2015 – xiri | Differenza mqabbla mat-3 ta’ Lulju 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 22.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 10.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 98.2 biljun | + EUR 2.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 9.3 biljun | + EUR 0.4 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 216.3 biljun | + EUR 11.7 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 134.4 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 8.8 biljun għal EUR 383.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 364,459 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 292,148 | −619 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,504 | 5 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
211,644 | −624 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 38,845 | 450 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,001 | 895 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,001 | 895 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 541,777 | −2,327 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 74,463 | −1,949 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 467,096 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 219 | −378 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 136,952 | 2,061 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 857,465 | 12,361 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 491,914 | 14,299 | |
7.2 | Titoli oħra | 365,551 | −1,938 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,643 | −55 | |
9 | Assi oħra | 229,906 | −1,573 | |
Assi Totali | 2,508,195 | 11,193 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,050,583 | 3,180 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 507,347 | 2,524 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 383,404 | −8,785 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 123,806 | 11,314 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 137 | −5 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,060 | 46 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 164,998 | 850 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 96,852 | −1,533 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 68,146 | 2,383 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 36,764 | 4,767 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,291 | 273 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,202 | −474 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,202 | −474 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,456 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 210,678 | 26 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 367,423 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 98,392 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,508,195 | 11,193 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja