Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Mejju 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Mejju 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 210.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 363.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 948.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 4 biljun għal EUR 101.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 102.4 biljun għal EUR 442.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 172.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 129.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 103.9 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 165.5 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 1.8 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 33.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 39.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu kważi l-istess, EUR 219.6 biljun. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Mejju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 167.4 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 37.8 biljun u EUR 14.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 90.2 biljun għal EUR 150 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 326,544 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 246,266 | 665 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,593 | −200 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
164,673 | 865 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,185 | −301 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,597 | −147 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,597 | −147 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 642,356 | −45,986 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 129,140 | −43,481 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 513,215 | −1,750 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −751 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 60,637 | −626 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 583,136 | 1,505 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 219,578 | −42 | |
7.2 | Titoli oħra | 363,558 | 1,548 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 27,273 | 0 | |
9 | Assi oħra | 239,725 | −4,521 | |
Assi Totali | 2,167,718 | −49,410 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 948,883 | −1,402 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 349,528 | −33,741 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 150,019 | −90,173 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 33,844 | −5,234 | |
2.3 | Depożiti fissi | 165,533 | 61,587 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 133 | 80 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,900 | 142 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 139,579 | −8,120 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 101,368 | −3,962 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 38,210 | −4,157 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,772 | 1,392 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,166 | −304 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,100 | 614 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,100 | 614 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,830 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 206,251 | −7,790 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 288,913 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 92,797 | −202 | |
Total tal-passiv | 2,167,718 | −49,410 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja