Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta’ April 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ April 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 209.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 363.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 7.8 biljun għal EUR 951.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 63.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 9.9 biljun għal EUR 452.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ April 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 104.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 112.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 172.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-ammont ta’ EUR 153.4 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 8.3 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 30.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 21.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu l-istess. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ April 2014 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 172.5 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 37.8 biljun u EUR 14.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b'EUR 4.7 biljun għal EUR 202.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 326,546 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 244,108 | −314 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,944 | −5 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
163,164 | −309 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,836 | 327 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,340 | −388 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,340 | −388 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 636,308 | −418 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 112,165 | 7,546 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 523,842 | −8,265 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 301 | 301 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 63,597 | −1,315 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 588,317 | 250 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 224,668 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 363,650 | 250 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,219 | 0 | |
9 | Assi oħra | 239,528 | 577 | |
Assi Totali | 2,167,801 | −1,281 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 951,934 | 7,780 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 386,397 | −5,639 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 202,945 | 4,713 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 30,057 | 8,903 | |
2.3 | Depożiti fissi | 153,364 | −19,137 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 32 | −118 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,057 | −49 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 98,691 | −1,177 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 63,698 | −5,161 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 34,992 | 3,984 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 78,287 | −4,583 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,303 | 232 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,412 | −449 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,412 | −449 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,830 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 208,000 | 2,605 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 288,913 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 92,978 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,167,801 | −1,281 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja