Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Settembru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2011 iż-żieda ta’ EUR 56.8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet bi EUR 13.2 biljun għal EUR 191.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għal operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
29 ta’ Settembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 0.5 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 336.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.9 biljun għal EUR 857.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 51.6 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 34.1 biljun għal EUR 230.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 201.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 208.3 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 152.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 156.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 132.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 140.6 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 199.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 150.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 219.9 biljun, minħabba l-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 160.7 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 18.7 biljun għal EUR 204.9 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2011 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 1,206.399 kull uqija fina
USD: 1.3503 kull EUR
JPY: 103.79 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.1564 kull DSK
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 420,005 | 0 | 56,756 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 226,522 | −155 | 13,659 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,402 | −7 | 3,308 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
146,120 | −149 | 10,351 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 35,327 | 1,370 | 2,385 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,694 | −991 | 48 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,694 | −991 | 48 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 588,786 | 17,492 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 208,349 | 7,200 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 378,935 | 9,299 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,414 | 939 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 88 | 54 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 52,322 | 2,168 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 556,662 | 3,601 | 938 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 219,941 | 3,756 | 280 | |
7.2 | Titoli oħra | 336,721 | −155 | 658 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,965 | 0 | 16 | |
9 | Assi oħra | 355,289 | 4,192 | 7,017 | |
Assi Totali | 2,288,571 | 27,677 | 80,819 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 857,372 | 4,882 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 563,015 | 32,985 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 204,871 | −18,654 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 199,639 | 48,988 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 156,500 | 4,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 2,004 | −1,349 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,298 | −1,264 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 59,740 | −4,665 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 51,646 | −4,796 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,094 | 131 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 50,036 | −6,725 | 413 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,476 | −3 | 149 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 13,802 | 765 | 787 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 13,802 | 765 | 787 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,486 | 0 | 2,316 | |
10 | Passiv ieħor | 219,590 | 1,702 | 10,536 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 383,276 | 0 | 66,619 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,288,571 | 27,677 | 80,819 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja