Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Ottubru 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Ottubru 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 17.5 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 14.5 biljun għal EUR 176.8 biljun. Il-bidla kienet dovuta għall-effetti tal-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li saru minn banek ċentrali tal-Eurosistema u għall-operazzjonijiet għal provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
30 ta’ Settembru 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 60 miljun | USD 60 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 307 biljun, l-iżjed minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 814.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 98.1 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 43.7 biljun għal EUR 403.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Settembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 153.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 166.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 61.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 61.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Settembru 2010, immaturaw operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 225.1 biljun, b’maturitajiet ta’ tlieta, sitta u tnax-il xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 104 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 29.4 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 49.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 84.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 1,535 miljun għal EUR 124.3 biljun. Dan minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 1,384 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u minħabba aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru ta’ EUR 151 miljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Ottubru 2010 il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 63.3 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Tal-portafolji miżmuma skond il-Programma tas-Swieq tat-titoli u l-programm tax-xiri ta’ bonds garantiti, jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 30.8 biljun għal EUR 190.3 biljun.
Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ Ottubru 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 960.580 għal kull uqija fina
USD: 1.3648 għal kull EUR
JPY: 113.68 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1399 għal kull DSĠ
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 334,411 | 0 | −17,538 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 219,630 | 362 | −16,997 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 70,084 | 188 | −3,964 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
149,546 | 175 | −13,032 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 24,921 | −542 | −2,236 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,649 | 311 | 17 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,649 | 311 | 17 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 514,117 | −78,386 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 166,361 | 12,590 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 316,744 | −120,721 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 29,443 | 29,443 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,559 | 359 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 9 | −57 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 26,252 | −1,328 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 431,319 | 1,858 | 177 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 124,308 | 1,384 | 151 | |
7.2 | Titoli oħra | 307,011 | 474 | 26 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,975 | 0 | −66 | |
9 | Assi oħra | 262,611 | 8,094 | 802 | |
Assi Totali | 1,865,885 | −69,630 | −35,841 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 814,844 | 2,827 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 301,299 | −65,400 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 190,274 | −30,751 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 49,471 | −34,648 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 61,500 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 54 | −1 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,345 | −116 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 104,923 | −6,541 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 98,073 | −6,521 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,849 | −19 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 41,908 | 1,546 | −42 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,067 | −969 | −104 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 13,065 | 707 | −1,475 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 13,065 | 707 | −1,475 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,665 | 0 | −3,046 | |
10 | Passiv ieħor | 158,838 | −1,684 | 904 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 296,740 | 0 | −32,078 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,191 | 0 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,865,885 | −69,630 | −35,841 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja