Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-3 ta' Novembru 2006
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Novembru 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 101 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tlieta mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 152.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal-EUR 79.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.1 biljun għal EUR 597 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 16.8 biljun għal EUR 48.5 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 7 biljuni għal EUR 427 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Novembru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 314 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 307 biljun. Ir-rikors kemm għall-faċilità marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċillità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.7 biljun għal EUR 170.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 175,040 | −101 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 142,008 | −395 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 11,224 | −9 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
130,784 | −386 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,516 | 1,422 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,864 | 632 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 10,864 | 632 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 427,007 | −7,038 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 307,000 | −7,000 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 120,002 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1 | −42 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 4 | 4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,106 | −977 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,269 | −1,587 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,027 | 5 | |
9 | Assi oħra | 206,333 | 2,473 | |
Assi Totali | 1,113,170 | −5,566 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 597,023 | 5,063 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 170,212 | 4,667 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 170,183 | 4,746 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 29 | −13 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −66 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 128 | 7 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 57,018 | −16,906 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 48,469 | −16,832 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,549 | −74 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,390 | 286 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 100 | −12 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,485 | 827 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,485 | 827 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,701 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 70,813 | 500 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 123,721 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 64,579 | 2 | |
Total tal-passiv | 1,113,170 | −5,566 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja