- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Deċiżjonijiet tal-politika monetarja
30 ta’ Ottubru 2025
Il-Kunsill Governattiv illum iddeċieda li jżomm it-tliet rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE fl-istess livell. L-inflazzjoni tibqa’ qrib il-mira fuq żmien medju ta’ 2 % u l-valutazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-perspettiva tal-inflazzjoni tibqa’ fil-parti l-kbira tagħha mhux mibdula. L-ekonomija kompliet tikber minkejja l-ambjent globali ta’ sfida. Is-suq tax-xogħol robust, il-karti tal-bilanċ tas-settur privat solidi u t-tnaqqis fir-rata tal-imgħax tal-passat tal-Kunsill Governattiv jibqgħu sorsi importanti ta’ reżiljenza. Madankollu, il-perspettiva għadha waħda inċerta, minħabba, b’mod partikolari t-tilwim kummerċjali globali u t-tensjonijiet ġeopolitiċi li għaddejjin bħalissa.
Il-Kunsill Governattiv huwa ddeterminat li jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza ruħha fil-mira fuq żmien medju tiegħu ta’ 2 %. Se jsegwi approċċ ibbażat fuq id-data u laqgħa wara laqgħa sabiex jiddetermina l-pożizzjoni tal-politika monetarja x-xierqa. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet dwar ir-rati tal-imgħax tal-Kunsill Governattiv se jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tiegħu tal-prospettiva tal-inflazzjoni u r-riskji ta’ madwarha, fid-dawl tad-data ekonomika u finanzjarja li tidħol, kif ukoll fid-dawl tad-dinamiċi tal-inflazzjoni prinċipali, u s-saħħa tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Il-Kunsill Governattiv mhuwiex qed jimpenja ruħu minn qabel f’xi direzzjoni partikolari għar-rati.
Rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE
Ir-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu, l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u l-faċilità ta’ self marġinali se jibqgħu mhux mibdula fil-livelli attwali tagħhom ta’ 2.00 %, 2.15 % u 2.40 % rispettivament.
Programm ta’ xiri ta’ assi (APP) u Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija (PEPP)
Il-portafolji tal-APP u tal-PEPP qed jonqsu b’ritmu meqjus u prevedibbli, billi l-Eurosistema mhux qed terġa’ tinvesti l-pagamenti kapitali mit-titoli li jimmaturaw.
***
Il-Kunsill Governattiv huwa lest li jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu fi ħdan il-mandat tiegħu biex jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza fil-mira tiegħu ta’ 2 % fuq perjodu ta’ żmien medju u li jippreżerva l-funzjonament bla xkiel tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Barra minn hekk, l-Istrument ta’ Protezzjoni tat-Trażmissjoni huwa disponibbli biex iwieġeb għal dinamiċi tas-suq mhux mixtieqa u diżordnati li joħolqu theddida serja għat-trażmissjoni tal-politika monetarja fost il-pajjiż taż-żona tal-euro kollha, b’hekk il-Kunsill Governattiv ikun jista’ jikseb riżultati b’mod aktar effettiv fuq il-mandat tiegħu tal-istabbiltà tal-prezzijiet.
Il-President tal-BĊE se tagħti l-fehmiet tagħha fuq ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fis-14:45 CET illum.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja