Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jadotta opinjoni dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv

28 ta' Ottubru 2020

  • Il-Kunsill Governattiv ma għandu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost Frank Elderson

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, Frank Elderson, li huwa persuna ta’ awtorità u ta’ esperjenza professjonali rikonoxxuta f’affarijiet monetarji jew bankarji, kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Is-Sur Elderson bħalissa jservi bħala Direttur Eżekuttiv tas-Superviżjoni fid-De Nederlandsche Bank u huwa membru tal-Bord Superviżorju tal-BĊE. Is-Sur Elderson jippresjedi wkoll in-Netwerk tal-Banek Ċentrali u s-Superviżuri għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja.

Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-membru l-ġdid tal-Bord Eżekuttiv ser tinħatar mill-Kunsill Ewropew. L-opinjoni tal-Kunsill Governattiv, li ser tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ser tkun disponibbli fil-websajt tal-BĊE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Is-Sur Elderson se jservi għal terminu ta’ tmien snin li ma jiġġeddidx, wara Yves Mersch, li t-terminu tiegħu jintemm fl-14 ta’ Diċembru 2020.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: +49 69 1344 7316.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja