Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rendikonti finanzjarji tal-BĊE għall-2018

21 ta’ Frar 2019

  • Il-qligħ tal-BĊE żdied bi €0.3 biljun għal €1.6 biljun fl-2018 (2017: €1.3 biljun) u tqassam kollu lill-banek ċentrali nazzjonali
  • Dħul nett mill-imgħax fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja: €1.2 biljun (2017: €1.1 biljun)
  • Il-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE żdiedet għal €447 biljun (2017: €414 biljun)

Ir-rendikonti finanzjarji verifikati tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-2018 juru li l-qligħ għas-sena żdied bi €301 miljun, għal €1,575 miljun, l-aktar bħala riżultat ta’ dħul nett ogħla mill-imgħax fuq il-portafoll tad-dollari Amerikani u fuq il-portafoll tal-programm tax-xiri ta’ assi (APP).

Id-dħul nett mill-imgħax kien ta’ €2,277 miljun fl-2018 (2017: €1,812 miljun). Id-dħul nett mill-imgħax fuq l-assi f’riżervi barranin żdied għal €862 miljun (2017: €534 miljun) minħabba ż-żieda fid-dħul mill-imgħax fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan. Id-dħul nett mill-imgħax mill-programm APP żdied bi €245 miljun, għal €820 miljun minħabba li kompla x-xiri ta’ titoli f’dan il-programm u minħabba redditi ogħla tat-titoli akkwistati matul is-sena meta mqabbla mar-redditu storiku tal-portafoll. Min-naħa l-oħra, minħabba l-fidi, id-dħul nett mill-imgħax iġġenerat mill-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) naqas għal €384 miljun (2017: €447 miljun). Id-dħul tal-BĊE mill-imgħax fuq l-investimenti fl-SMP f’bonds tal-gvern Grieg ammonta għal €127 miljun (2017: €154 miljun).

It-telf realizzat mill-operazzjonijiet finanzjarji kien ta’ €77 miljun (2017: qligħ realizzat €161 miljun), minħabba t-telf realizzat fil-prezzijiet iġġenerat fil-portafoll tad-dollaru Amerikan.

Il-valutazzjoni negattiva kienet ta’ €69 miljun (2017: €105 miljun), l-iżjed minħabba tnaqqis fil-valur tas-suq ta' għadd ta' titoli miżmuma fil-portafoll tad-dollaru Amerikan flimkien ma' żieda fir-redditi korrispondenti.

Isiru testijiet tal-indeboliment fuq it-titoli miżmuma mill-BĊE fil-portafolli tiegħu tal-politika monetarja, li jiġu valutati b'kost amortizzat (soġġetti għal indeboliment). Abbażi tar-riżultati ta' dawn it-testijiet, ma ġie reġistrat ebda telf minn indeboliment għal dawn il-portafolli.

It-tariffi imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni kienu ta’ €518 miljun (2017: €437 miljun). Dawn it-tariffi jiġu imposti biex jiġu rkuprati l-ispejjeż imġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. Iż-żieda fl-2018 hi relatata l-iżjed ma’ xogħol assoċjat ma’ valutazzjonijiet komprensivi u t-testijiet tal-EBA dwar l-istress.

L-ispejjeż totali tal-istaff naqsu għal €515 miljun (2017: €535 miljun) minħabba spiża mhux rikorrenti inkluża fl-2017 fir-rigward ta’ beneficcji ta’ wara l-impjieg, beneficcji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni għall-istaff tal-BĊE. L-ispejjeż amministrattivi l-oħra żdiedu għal €599 miljun (2017: €539 miljun) l-iżjed minħabba ż-żieda fl-ispejjeż relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE.

Il-qligħ nett tal-BĊE jitqassam lill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro (BĊN). Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jqassam qligħ interim ta’ €1,191 miljun, lill-BĊN taż-żona tal-euro fil-31 ta’ Jannar 2019. Fil-laqgħa tal-bieraħ, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jqassam il-bqija tal-qligħ, ta’ €384 miljun, fit-22 ta’ Frar 2019.

Id-daqs totali tal-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE żdied bi 8% għal €447 biljun (2017: €414 biljun). Din iż-żieda kienet dovuta l-aktar għat-titoli mixtrija fil-programm APP.

Ix-xiri kontinwu ta' titoli fil-programm APP wassal għal żieda fil-karta tal-bilanċ konsolidata tal-Eurosistema, li żdiedet bi 5% għal €4,702 biljun (2017: €4,468 biljun). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja żdiedu bi €265 biljun għal €2,651 biljun (2017: €2,386 biljun). L-investimenti fl-APP żdiedu bi €284 biljun għal €2,570 biljun, waqt li t-titoli miżmuma fl-ewwel żewġ programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti u fl-SMP naqsu bi €2 biljun u €16-il biljun rispettivament minħabba l-fidi.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: +49 69 1344 7316.

Noti:

  1. Aktar dettalji dwar il-politika tal-kontabilità u tar-rappurtar finanzjarju tal-BĊE u l-Eurosistema u dwar il-kontijiet annwali tal-BĊE jinsabu fil-websajt tal-BĊE fis-sezzjonijiet Kontabilità u rappurtar u Kontijiet annwali, rispettivament.
  2. Investimenti tal-Eurosistema fil-programm SMP: it-tabella ta’ hawn taħt turi t-tqassim skont il-pajjiżi emittenti tal-ammonti pendenti tal-investimenti tal-Eurosistema fil-programm SMP fil-31 ta’ Diċembru 2018.

Investimenti totali tal-Eurosistema fl-SMP skont il-pajjiż emittenti fil-31 ta' Diċembru 2018

Pajjiż emittenti

Ammont nominali

(EUR biljuni)

Valur nett tal-assi [1]

(EUR biljuni)

Medja tal-maturità li fadal

(snin)

Irlanda

5.8

5.7

1.7

Greċja

8.3

7.8

2.1

Spanja

14.2

14.2

1.7

Italja

40.7

40.2

1.5

Portugall

5.3

5.3

1.6

Total[2]

74.3

73.1

1.7

[1] L-investimenti fl-SMP jiġu valutati b’kost amortizzat.

[2] It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb ċifra sħiħa.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja