Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Kompetizzjoni onlajn tal-BĊE dwar il-karta l-ġdida tal-€10

16 ta' Diċembru 2013

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel l-10 a.m. CET tat-Tnejn 16 ta’ Diċembru 2013
  • Qabel il-preżentazzjoni uffiċjali tal-€10 il-ġdida f’Jannar 2014, ir-residenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiskopru l-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karta tal-flus f’kompetizzjoni li tibda llum.
  • Il-parteċipanti bl-ogħla 20 skor jirbħu karti VIP tal-€5 tas-sensiela Europa ffirmati personalment mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.
  • It-tmenin parteċipant li jiġu warajhom jirċievu karta kommemorattiva ta’ €10 tal-ewwel sensiela.

Il-karta l-ġdida tal-€10 se tiġi ppreżentata għall-ewwel darba fil-pubbliku fit-13 ta’ Jannar 2014 u tidħol fiċ-ċirkolazzjoni aktar ’il quddiem matul is-sena. Sabiex jiġbed l-attenzjoni fuq il-karatteristiċi ta’ sigurtà tagħha, il-Bank Ċentrali Ewropew illum qiegħed iniedi kompetizzjoni onlajn għal residenti tal-Unjoni Ewropea li għalqu t-18-il sena. Il-parteċipanti jridu jiskopru erba’ karatteristiċi ta’ sigurtà u wkoll jaqtgħu l-għadd tal-karti tal-euro li jkunu qegħdin jiċċirkolaw fiż-żona tal-euro fil-31 ta’ Diċembru 2013. Il-kompetizzjoni tibda llum fl-10 a.m. u tagħlaq fil-11.59 p.m. CET tat-12 ta’ Jannar 2014.

Christine Graeff, id-Direttur Ġenerali għall-Komunikazzjoni u s-Servizzi Lingwistiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew, qalet hekk: “L-euro huwa l-aktar simbolu evidenti u magħruf fid-dinja li jfakkarna f’Ewropa magħquda. 334 miljun persuna jużaw il-karti tal-euro kuljum. Din hija logħba pjaċevoli li tgħinna niftakru nagħtuhom daqqa t’għajn mill-qrib”.

Il-logħba (flimkien mat-termini u l-kundizzjonijiet) tinsab hawn www.karti-godda-tal-euro.eu. Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jikkuntattja lil Elodie Lafitte Nowodazkij, tel.: +49 69 1344 7390.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja