Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Skedi għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u tal-konferenzi stampa relatati magħhom tul l-2010 u l-2011

8 ta' Mejju 2009

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li fis-snin 2010 u 2011, il-laqgħat tiegħu, bħala regola ġenerali, se jibqgħu jsiru darbtejn fix-xahar, nhar ta’ Ħamis. Bħal fis-snin ta’ qabel, huma previsti eċċezzjonijiet għal din ir-regola biex jakkomodaw sitwazzjonijiet speċjali ta’ vaganzi.

Kif tħabbar fit-8 ta’ Novembru 2001, bħala regola ġenerali, il-pożizzjoni tal-BĊE dwar il-politika monetarja se tibqa’ tiġi eżaminata waqt l-ewwel laqgħa tax-xahar biss. Għalhekk, id-deċiżjonijiet dwar ir-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE se jittieħdu normalment waqt din il-laqgħa. Kull meta jiltaqa’ għat-tieni darba fl-istess xahar, il-Kunsill Governattiv se jiddiskuti kwistjonijiet relatati mad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-Eurosistema. Naturalment. jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ jivvaluta l-orjentament tiegħu dwar il-politika monetarja u jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE fi kwalunkwe ħin, bla ma jagħti każ tal-laqgħat skedati minn qabel. L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2010 u għall-2011 tqis ukoll il-fatt li l-perijodi taż-żamma tar-riżervi jibdew fil-jum tal-ħlas tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament li tiġi wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li fiha tkun skedata l-valutazzjoni ta' kull xahar tal-orjentament tal-politika monetarja.

Skond il-prassi stabbilita, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv se jerġgħu jsiru barra minn Frankfurt, kemm fl-2010 kif ukoll fl-2011. Fl-2010, l-ewwel waħda, fis-6 ta’ Mejju 2010, se tkun milqugħa mill-Banco de Portugal u t-tieni waħda, fis-7 ta’ Ottubru 2010 se tiġi milqugħa mid-De Nederlandsche Bank. Fl-2011, l-ewwel waħda , fil-5 ta’ Mejju 2011, se tkun milqugħa mis-Suomen Pankki – Finlands Bank u t-tieni waħda, fis-6 ta’ Ottubru 2011, se tiġi milqugħa mid-Deutsche Bundesbank.

Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE ddeċieda li għandha tinżamm il-prassi attwali ta’ laqgħat trimestrali. Kull meta laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tinzerta fl-istess data ta’ laqgħa tal-Kunsill Governattiv, il-laqgħa tal-Kunsill Governattiv tibda nhar ta’ Erbgħa wara nofsinhar u tkompli l-Ħamis, kif tħabbar waqt il-konferenza stampa tal-5 ta’ Ġunju 2008.

Fl-aħħarnett, se tinżamm is-sistema attwali għall-konferenzi stampa, jiġifieri dawn isiru ġeneralment wara l-ewwel laqgħa tax-xahar tal-Kunsill Governattiv.

Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2010

14 ta’ Jannar 2010

4 ta’ Frar 2010

18 ta’ Frar 2010

4 ta’ Marzu 2010

17/18 ta’ Marzu 2010

8 ta’ April 2010

22 ta’ April 2010

6 ta’ Mejju 2010 (Lisbona)

20 ta’ Mejju 2010

10 ta’ Ġunju 2010

23/24 ta’ Ġunju 2010

8 ta’ Lulju 2010

22 ta’ Lulju 2010

5 ta’ Awwissu 2010

2 ta’ Settembru 2010

15/16 ta’ Settembru 2010

7 ta’ Ottubru 2010 (Amsterdam)

21 ta’ Ottubru 2010

4 ta’ Novembru 2010

18 ta’ Novembru 2010

2 ta’ Diċembru 2010

15/16 ta’ Diċembru 2010

Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2010

18 ta’ Marzu 2010

24 ta’ Ġunju 2010

16 ta’ Settembru 2010

16 ta’ Diċembru 2010

Konferenzi stampa fl-2010

14 ta’ Jannar 2010

4 ta’ Frar 2010

4 ta’ Marzu 2010

8 ta’ April 2010

6 ta’ Mejju 2010 (Lisbona)

10 ta’ Ġunju 2010

8 ta’ Lulju 2010

5 ta’ Awwissu 2010

2 ta’ Settembru 2010

7 ta’ Ottubru 2010 (Amsterdam)

4 ta’ Novembru 2010

2 ta’ Diċembru 2010

Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2011

13 ta’ Jannar 2011

3 ta’ Frar 2011

17 ta’ Frar 2011

3 ta’ Marzu 2011

16/17 ta’ Marzu 2011

7 ta’ April 2011

20 ta’ April 2011

5 ta’ Mejju 2011 (Helsinki)

19 ta’ Mejju 2011

9 ta’ Ġunju 2011

21/22 ta’ Ġunju 2011

7 ta’ Lulju 2011

21 ta’ Lulju 2011

4 ta’ Awwissu 2011

8 ta’ Settembru 2011

21/22 ta’ Settembru 2011

6 ta’ Ottubru 2011 (Berlin)

20 ta’ Ottubru 2011

3 ta’ Novembru 2011

17 ta’ Novembru 2011

8 ta’ Diċembru 2011

21/22 ta’ Diċembru 2011

12 ta’ Jannar 2012

Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2011

17 ta’ Marzu 2011

22 ta’ Ġunju 2011

22 ta’ Settembru 2011

22 ta’ Diċembru 2011

Konferenzi stampa fl-2011

13 ta’ Jannar 2011

3 ta' Frar 2011

3 ta’ Marzu 2011

7 ta’ April 2011

5 ta’ Mejju 2011 (Helsinki)

9 ta’ Ġunju 2011

7 ta’ Lulju 2011

4 ta’ Awwissu 2011

8 ta’ Settembru 2011

6 ta’ Ottubru 2011 (Berlin)

3 ta’ Novembru 2011

8 ta’ Diċembru 2011

12 ta’ Jannar 2012

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja