Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju fl-ERM ii
Wara d-deċiżjonijiet meħuda fid-29 ta’ April 2005 (ara l-communiqué ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-istess data) dwar ir-rati ċentrali ta’ l-euro fl-ERM II għall-lira Ċiprijotta, il-lats Latvjan, u l-lira Maltija, ġew stabbiliti r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għal dawn il-muniti b’effett mill-2 ta’ Mejju 2005. Dawn huma stipulati fit-tabella hawn taħt.
Sar ftehim komuni fuq ir-rati ta’ l-intervent obbligatorju bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus, il-Latvijas Banka u l-Bank Ċentrali ta' Malta, skond l-Artikolu 1.2 tal-Ftehim ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri għal tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet fażi ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 345, 13.11.1998, p.6), kif l-aħħar emendat bil-Ftehim tas-16 ta’ Settembru 2004 (ĠU C 281, 18.11.2004, p. 3).
Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-krone Daniż, il-kroon Estonjan, il-litas Litwana u t-tolar Sloven jibqgħu l-istess.
Pajjiż u munita | EUR 1 = | |
---|---|---|
Danimarka krone Daniż (DKK) | Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
7.62824 7.46038 7.29252 |
Estonja kroon Estonjan (EEK) | Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
17.9936 15.6466 13.2996 |
Ċipru Cyprus pound (CYP) | Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
0.673065 0.585274 0.497483 |
Latvja lats Latvjan (LVL) | Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
0.808225 0.702804 0.597383 |
Litwanja litas Litwana (LTL) | Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
3.97072 3.45280 2.93488 |
Malta lira Maltija (MTL) | Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
0.493695 0.429300 0.364905 |
Slovenja tolar Sloven (SIT) | Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa |
275.586 239.640 203.694 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja