Pubblikazzjoni tal-kalendarju indikattiv tal-perijodi taż-żamma tar-riżerva għall-2005
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jippubblika l-kalendarju indikattiv tal-perijodi taż-żamma tar-riżerva ta’ l-2005.
Fuq il-bażi ta’ l-iskeda ta’ l-2005 għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tas-17 ta’ Ġunju 2004) u l-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet b’offerta ta’ l-Eurosistema ta’ l-2005 (li ġie ppubblikat illum ukoll), il-kalendarju indikattiv tal-perijodi taż-żamma tar-riżerva ta’ l-2005 huwa kif ġej:
Kalendarju indikattiv tal-perijodi ta’ żamma ta’ riżerva għall-2005
Il-laqgħa relevanti tal-Kunsill Governattiv | Bidu tal-perijodu taż-żamma tar-riżerva | Tmiem tal-perijodu taż- żamma tar-riżerva | Data tal-bażi tar-riżerva għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (banek) li jirrapportaw kull xahar | Data tal-bażi tar-riżerva għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (banek) li jirrapportaw kull tliett xhur | Tul tal-perijodu taż-żamma tar-riżerva (ġranet) |
---|---|---|---|---|---|
13 ta’ Jannar 2005 | 19 ta’ Jannar 2005 | 7 ta’ Frar 2005 | Novembru 2004 | Settembru 2004 | 20 |
3 ta’ Frar 2005 | 8 ta’ Frar 2005 | 8 ta’ Marzu 2005 | Diċembru 2004 | Settembru 2004 | 29 |
3 ta’ Marzu 2005 | 9 ta’ Marzu 2005 | 12 ta’ April 2005 | Jannar 2005 | Diċembru 2004 | 35 |
7 ta’ April 2005 | 13 ta’ April 2005 | 10 ta’ Mejju 2005 | Frar 2005 | Diċembru 2004 | 28 |
4 ta’ Mejju 2005 | 11 ta’ Mejju 2005 | 7 ta’ Ġunju 2005 | Marzu 2005 | Diċembru 2004 | 28 |
2 ta’ Ġunju 2005 | 8 ta’ Ġunju 2005 | 12 ta’ Lulju 2005 | April 2005 | Marzu 2005 | 35 |
7 ta’ Lulju 2005 | 13 ta’ Lulju 2005 | 9 ta’ Awissu 2005 | Mejju 2005 | Marzu 2005 | 28 |
4 ta’ Awissu 2005 | 10 ta’ Awissu 2005 | 6 ta’ Settembru 2005 | Ġunju 2005 | Marzu 2005 | 28 |
1 ta’ Settembru 2005 | 7 ta’ Settembru 2005 | 11 ta’ Ottubru 2005 | Lulju 2005 | Ġunju 2005 | 35 |
6 ta’ Ottubru 2005 | 12 ta’ Ottubru 2005 | 8 ta’ Novembru 2005 | Awissu 2005 | Ġunju 2005 | 28 |
3 ta’ Novembru 2005 | 9 ta’ Novembru 2005 | 5 ta’ Diċembru 2005 | Settembru 2005 | Ġunju 2005 | 27 |
1 ta’ Diċembru 2005 | 6 ta’ Diċembru 2005 | 17 ta’ Jannar 2006 | Ottubru 2005 | Settembru 2005 | 43 |
Wara li kien hemm tibdil żgħir fil-kalendarju ta’ l-2004, l-aħħar ġurnata ta’ l-aħħar perijodu taż-żamma tar-riżerva issa hija t-18 ta’ Jannar 2005, minflok id-19 ta’ Jannar 2005 kif ġie ppubblikat qabel f’Awissu ta’ l-2003.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja