Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-14 ta’ Jannar 2011
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Jannar 2011, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta r-riżultat nett ta’ negozjar fil-qasam tal-muniti tad-deheb minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 180.8 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
13 ta’ Jannar 2011 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 70 miljun | USD 70 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 324.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 7.1 biljun għal EUR 827.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 80.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 41.6 biljun għal EUR 296.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Jannar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 195.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 180.1 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 73.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 74 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 107.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 81 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 137.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett ta’ ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ titoli li mmaturaw skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Jannar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.4 biljun u EUR 60.8 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 31 biljun għal EUR 145.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 367,431 | −1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 226,578 | 1,567 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 71,395 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
155,183 | 1,567 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 25,987 | −783 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,672 | 1,329 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,672 | 1,329 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 478,354 | −15,609 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 180,081 | −15,611 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 298,217 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 32 | −13 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 24 | 15 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 45,042 | −1,803 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 461,477 | 3,042 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 137,165 | 2,238 | |
7.2 | Titoli oħra | 324,312 | 804 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,954 | 0 | |
9 | Assi oħra | 296,652 | 3,510 | |
Assi Totali | 1,957,146 | −8,748 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 827,774 | −7,056 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 327,530 | −4,974 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 145,872 | −30,990 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 107,200 | 26,234 | |
2.3 | Depożiti fissi | 74,000 | 500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 458 | −718 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,864 | 570 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 88,211 | −1,105 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 80,432 | −1,130 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,778 | 25 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 46,704 | 3,115 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,446 | 293 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,725 | −16 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 14,725 | −16 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,552 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 182,323 | 425 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 331,545 | −1 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,472 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,957,146 | −8,748 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja