Rapport dwar il-Konverġenza
Rapport ta’ Konverġenza jiġi ppubblikat mill-inqas darba kull sentejn jew fuq talba ta’ Stat Membru tal-UE li jixtieq jissieħeb fiż-żona tal-euro.
Kemm il-BĊE kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea joħorġu dawn ir-rapporti li jiddeskrivu l-progress li sar minn Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro lejn il-kisba tal-kriterji meħtieġa biex pajjiż jadotta l-euro.