Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Sistema Elettronika għas-Sejħiet għall-Offerti

Il-partijiet interessati jistgħu jaċċessaw id-dokumentazzjoni rilevanti u jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist li jitwettqu permezz tas-sistema elettronika ta’ sejħiet għall-offerti tal-BĊE.

Aċċessa s-sistema elettronika għas-sejħiet għall-offerti

Login fis-sistema elettronika għas-sejħiet għall-offerti 

Inti mistieden/mistiedna wkoll iżżur Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE jew il-websajt tal-akkwisti tal-BĊE fejn jiġu ppubblikati l-Offerti Pubbliċi u l-opportunitajiet ta’ akkwist.

Kif tuża s-Sistema elettronika għas-sejħiet għall-offerti

*Gwidi żviluppati mill-fornitur tan-Network tan-Negozju. F’każ ta’ mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tan-Network tan-Negozju. Għal informazzjoni dwar kif tikkuntattja lill-fornitur, jekk jogħġbok irreferi għall-kapitolu Appoġġ Tekniku hawn taħt. 

Appoġġ Tekniku

Jekk għandek bżonn ta’ kwalunwke għajnuna inti u tkun qed tuża s-sistema, jekk jogħġbok aċċessa ċ-Ċentru tal-Għajnuna tal-fornitur tan-Network tan-Negozju.

X’inhuma r-rekwiżiti minimi tas-sistema?

Jekk jogħġbok innota li min jagħmel offerta għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-konnessjoni tal-internet u li t-tagħmir tiegħu jiffunzjonaw sew u li s-settings tal-brawżer huma korretti. Il-BĊE m’għandux kontroll fuq dawn il-kundizzjonijiet esterni. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-assistent/amministratur tal-IT tiegħek biex taġġorna s-sistema tiegħek jekk għandek xi problema relatata mar-rekwiżiti minimi tas-sistema.

Brawżers appoġġati

Microsoft Edge, Google Chrome, Mozilla Firefox u Safari jappoġġaw il-funzjonalitajiet tas-sistema elettronika ta’ sejħiet għall-offerti tal-BĊE. Aktar informazzjoni dwar il-brawżers appoġġati

M’għandhomx jintużaw brawżers oħrajn billi m’humiex appoġġati.

Kif nista’ niċċekkja jekk is-sistema tiegħi tissodisfax ir-rekwiżiti minimi?

Idħol fin-Network tan-Negozju jekk diġà għandek kont. Iċċekkja jekk tistax taċċessa offerti ppubblikati mill-BĊE li tixtieq tipparteċipa fihom (ara l-kapitolu “Aċċessa s-sistema elettronika ta’ sejħiet għall-offerti” hawn fuq). Ivverifika jekk tistax tara d-dokumentazzjoni meħtieġa kif ukoll taqsima fejn tippreżenta l-offerta tiegħek. 

 Is-sistema tiegħek tista’ ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi jekk:

  • id-dehra tal-interfaċċa tal-utent hija differenti mill-iscreenshots li jidhru fil-gwidi għall-utenti; jew
  • it-tieqa biex ittella’ l-hemżiet ma tinfetaħx.

Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-assistent/amministratur tal-IT tiegħek jekk għandek problemi fis-sistema tiegħek. Inkella, aċċessa ċ-Ċentru tal-Għajnuna tal-fornitur tan-Network tan-Negozju.

Passi importanti għas-sottomissjoni

Irreġistra l-persuni ta’ kuntatt ta’ riżerva

L-offerenti jridu jirreġistraw mill-inqas persuna ta’ kuntatt ta’ riżerva waħda fis-sistema biex jiżguraw li xi ħadd dejjem ikun jista’ jaċċessa l-offerta u l-komunikazzjoni, meta jkun meħtieġ. Biex issir taf kif toħloq il-kont ta’ kuntatt ta’ riżerva, irreferi għall-gwida tan-Network tan-Negozju. B’mod partikolari, tista’ ssib informazzjoni rilevanti fil-video intitolat How to create users (Kif toħloq l-utenti)

Aċċess għal messaġġi ta’ avvenimenti tal-BĊE

Sabiex jaqraw l-informazzjoni kollha tal-BĊE kondiviża permezz ta’ messaġġi ta’ avvenimenti, l-offerenti jridu jikklikkjaw fuq “Intend to participate”. Jekk jogħġbok agħmel ċert li ssegwi l-passi sabiex ma titlef ebda dettall speċifiku dwar l-offerta.

Tistenniex sal-aħħar minuta

Ibgħat id-dokumenti tiegħek ferm qabel l-iskadenza għall-akkwist rispettiv biex tippermetti biżżejjed żmien għall-appoġġ tekniku, jekk ikun meħtieġ. Iż-żmien li tieħu biex tiffinalizza s-sottomissjoni tiegħek u jittellgħu d-dokumenti kollha jista’ jvarja konsiderevolment skont il-brawżer tiegħek, il-konnessjoni tal-internet tiegħek u d-daqs tal-fajls tiegħek (massimu 100 MB kull fajl).

Ftakar li għandek tissottometti t-tweġiba / il-proposta tiegħek

It-tweġiba tiegħek tiġi sottomessa b’suċċess biss jekk tikklikkja fuq “Submit Entire Response” (Issottometti t-Tweġiba Sħiħa) sal-iskadenza. Is-sistema tagħlaq l-akkwist rilevanti awtomatikament ladarba tkun għaddiet l-iskadenza, anki jekk is-sottomissjonijiet ikunu għadhom qed jiġu editjati. Il-BĊE ma huwa se jikkunsidra l-ebda tweġiba sottomessa wara l-iskadenza. Għandek tara wkoll il-messaġġ li ġej mas-sottomissjoni: "Issottomettejt tweġiba għal dan l-avveniment. Grazzi tal-parteċipazzjoni tiegħek."

Erġa’ ċċekkja l-avvenimenti tiegħek wara s-sottomissjoni

Erġa’ aċċessa s-sistema elettronika ta’ sejħiet għall-offerti tal-BĊE wara li tkun issottomettejt it-tweġiba tiegħek biex tivverifika jekk il-kontenut huwiex komplut, u li l-istatus ta’ parteċipazzjoni huwa ssettjat għal “Iva”. Nagħtuk il-parir li tieħu screenshot tal-hemżiet mtellgħin tiegħek bħala prova tas-sottomissjoni f’każ ta’ problemi fis-sistema.

Stqarrijiet ta’ privatezza

Ċaħda ta’ responsabilità

Il-BĊE mhuwiex obbligat jagħti kuntratt bħala riżultat ta’ reġistrazzjoni ta’ fornitur fis-Sistema Elettronika tal-BĊE għall-Offerti jew parteċipazzjoni fi proċedura ta’ offerti.

It-talbiet normalment jiġu ttrattati fi żmien 1-3 ijiem xogħol. Il-ħinijiet għall-għajnuna huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:30 sal-17:30 ħin ta’ Frankfurt, minbarra fil-vaganzi pubbliċi tal-BĊE.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima