Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Opinjoni tal-BĊE dwar il-Ħatra ta’ Membru Ġdid tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE

2 ta' Marzu 2006

Fil-laqgħa ta’ llum, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE addotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv ma kellu ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, is-Sur Jürgen Stark, li hu bniedem rikonoxxut u li għandu esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji u bankarji, kif meħtieġ mill-Artikolu 112(2) (b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Skond din l-opinjoni tal-BĊE kif ukoll l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-membru l-ġdid tal-Bord Esekuttiv se jinħatar bi qbil komuni bejn il-gvernijiet ta' l-Istati Membri li addottaw il-munita unika, fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta’ Gvern.

L-opinjoni tal-BĊE, li se tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, tinsab fuq il-websajt tal-BĊE fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja