Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Lulju 2023

X’iddeċidejna?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Żidna r-rati ewlenin tal-imgħax tagħna b’0.25 punti perċentwali oħra

Iż-żidiet fir-rati tal-imgħax tal-imgħoddi qed ikollhom effett fuq l-ekonomija. Id-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-ekonomija hija dgħajfa issa iżda għandha tirkupra maż-żmien

Bħalissa, il-konsumaturi u n-negozji qed jonfqu inqas. Maż-żmien, inflazzjoni aktar baxxa, dħul ogħla u kundizzjonijiet aħjar tal-provvista għandhom jappoġġjaw l-irkupru.

L-ekonomija turi stampa mħallta

Is-servizzi, speċjalment it-turiżmu, għadhom sejrin tajjeb, għalkemm dan jista’ ma jdumx. Il-manifattura qed tgħaddi minn żminijiet iebsa, parzjalment minħabba li d-domanda mill-bqija tad-dinja hija dgħajfa.

Ħafna nies għandhom ix-xogħol

Is-suq tax-xogħol b’saħħtu qed iżomm il-qgħad fl-aktar livell baxx tiegħu sa mill-bidu tal-euro. Inħolqu ħafna impjiegi ġodda, speċjalment fis-servizzi. Iżda din id-domanda qawwija għal aktar ħaddiema se tonqos gradwalment.

L-inflazzjoni kompliet tonqos iżda għadha għolja wisq

Il-prezzijiet tal-enerġija komplew jonqsu Iżda l-prezzijiet tal-ikel għadhom qed jogħlew, għalkemm mhux daqs qabel. Il-vaganzi u l-ivvjaġġar, speċjalment, huma aktar għaljin. Il-marġni ta’ profitt u l-pagi ogħla qed jixprunaw l-inflazzjoni.

Rati tal-imgħax ogħla jfissru li inqas negozji jridu self

Id-domanda min-negozji biex jissellfu l-flus għall-investimenti u spejjeż oħra qed tonqos drastikament. Inqas nies iridu ipoteki, minħabba li huma wkoll aktar għaljin.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?