Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-27 ta’ Jannar 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-27 ta’ Jannar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 280.4 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
26 ta’ Jannar 2017 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.3 biljun | USD 0.3 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 319.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 1,109.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 23.5 biljun għal EUR 201.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 27.3 biljun għal EUR 181.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 34.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 5.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 3.4 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 406.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 434.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.4 biljun għal EUR 1,730.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-27 ta’ Jannar 2017 | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 11.1 biljun | - | -EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 6.8 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 207.9 biljun | +EUR 1.3 biljun | -EUR 0.9 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 23.5 biljun | +EUR 1.0 biljun | -EUR 0.4 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 58.8 biljun | +EUR 1.9 biljun | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,319.9 biljun | +EUR 16.9 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 102.3 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 26.5 biljun għal EUR 978.9 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 382,061 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 323,628 | −2,088 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 78,658 | −21 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 244,971 | −2,068 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 35,781 | 4,429 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 18,805 | −176 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 18,805 | −176 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 588,671 | −326 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 33,994 | 1,664 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 554,494 | −2,076 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 183 | 87 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 80,421 | 2,283 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,049,756 | 19,325 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,730,309 | 19,409 | |
7.2 | Titoli oħra | 319,447 | −84 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,460 | 0 | |
9 | Assi oħra | 235,183 | −2,304 | |
Attiv totali | 3,740,766 | 21,143 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,109,033 | −1,717 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,385,659 | −1,139 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 978,887 | 26,528 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 406,739 | −27,529 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 33 | −137 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 7,661 | −2,009 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 305,200 | 23,433 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 201,252 | 23,521 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 103,948 | −88 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 132,994 | −811 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 9,221 | 1,916 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,524 | 859 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,524 | 859 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 59,263 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 226,985 | 611 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 394,418 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 99,808 | 0 | |
Passiv totali | 3,740,766 | 21,143 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja