Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Settembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2016 it-tnaqqis ta’ EUR 0.5 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali u l-bejgħ ta’ deheb f’ammont ta’ EUR 12-il miljun li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 5.4 biljun għal EUR 279.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
29 ta’ Settembru 2016 | Tranżazzjonijiet irriversjati ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 290 miljun | USD 6,348 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 329.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4.0 biljun għal EUR 1,096.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 15.6 biljun għal EUR 155.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 8.7 biljun għal EUR 154.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 43.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 38.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 7.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 4.6 biljun. Barra dan, EUR 11.0 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I), fosthom ammont volontarju ta’ EUR 9.4 biljun, ġew rimborżati qabel il-maturità. Barra minn hekk, ġiet konkluża t-tieni offerta ta’ EUR 45.3 biljun b’maturità ta’ 1,463 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 398.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 362.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 1,434.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-30 ta’ Settembru 2016 | Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – xiri | Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – fidi | Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 15.6 biljun | - | - | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.3 biljun | - | - | +EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 194.3 biljun | +EUR 1.0 biljun | - | -EUR 0.6 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.7 biljun | +EUR 0.6 biljun | -EUR 0.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 29.7 biljun | +EUR 1.9 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,061.2 biljun | +EUR 15.6 biljun | - | -EUR 4.1 biljun |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 106.0 biljun | - | - | +EUR 0.3 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 4.6 biljun għal EUR 759.8 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2016 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,185.915 kull uqija fina
USD: 1.1161 kull EUR
JPY: 113.09 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2503 kull SDR
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 412,633 | −12 | −498 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 315,195 | 2,642 | −1,973 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,840 | 1,083 | −501 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 237,354 | 1,558 | −1,472 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 33,904 | 4,506 | −211 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 19,572 | 1,829 | −14 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 19,572 | 1,829 | −14 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 552,557 | 26,581 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 38,740 | −4,438 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 513,797 | 31,071 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 20 | −52 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 83,405 | −6,552 | 1 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,764,071 | 17,273 | −4,776 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,434,785 | 18,968 | −4,484 | |
7.2 | Titoli oħra | 329,286 | −1,695 | −292 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,439 | 0 | −38 | |
9 | Assi oħra | 230,369 | 4,748 | 3,238 | |
Attiv totali | 3,438,145 | 51,014 | −4,271 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,096,255 | 4,044 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,157,891 | 30,695 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 759,817 | −4,578 | 0 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 398,016 | 35,226 | 0 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 58 | 47 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 3,804 | −56 | 0 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 260,956 | −12,599 | 0 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 155,392 | −15,620 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 105,564 | 3,021 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 122,847 | 29,427 | −4 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 2,789 | −95 | −25 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 8,756 | −10 | 4 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,756 | −10 | 4 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 58,132 | 0 | −354 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 207,335 | −391 | −1,515 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 418,546 | 0 | −2,377 | |
12 | Kapital u riżervi | 100,835 | 0 | 0 | |
Passiv totali | 3,438,145 | 51,014 | −4,271 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja