Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-27 ta’ Mejju 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-27 ta’ Mejju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.8 biljun għal EUR 263.3 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
26 ta’ Mejju 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1,005 miljun | USD 800 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 347.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 1,076.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 16.8 biljun għal EUR 167.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 1.9 biljun għal EUR 202.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 49.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 60.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 13.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 6.3 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 308.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 307.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.9 biljun għal EUR 1,133.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-27 ta’ Mejju 2016 | Differenza mqabbla mal-20 ta’ Mejju 2016 – xiri |
Differenza mqabbla mal-20 ta’ Mejju 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 18.5 biljun | - | -EUR 0.5 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 8.3 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 177.4 biljun | +EUR 1.4 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 19.1 biljun | +EUR 0.2 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 799.4 biljun | +EUR 19.3 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 111.0 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 7.7 biljun għal EUR 611.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 377,277 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 298,978 | 1,418 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 76,770 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
222,207 | 1,418 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 30,434 | −461 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,367 | 358 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,367 | 358 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 511,671 | 3,081 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 60,203 | 10,256 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 451,177 | −7,355 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 291 | 180 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 108,114 | −9,160 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,480,871 | 20,132 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,133,738 | 19,930 | |
7.2 | Titoli oħra | 347,133 | 202 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,979 | 0 | |
9 | Assi oħra | 214,790 | −1,986 | |
Assi Totali | 3,067,481 | 13,381 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,076,357 | 808 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 920,831 | 8,900 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 611,809 | 7,703 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 308,809 | 1,208 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 213 | −11 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,155 | −8 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 262,678 | 15,189 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 167,598 | 16,789 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 95,080 | −1,600 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 58,487 | −3,689 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,850 | −452 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,742 | 644 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,742 | 644 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 57,542 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 203,875 | −8,011 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 375,994 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 98,971 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,067,481 | 13,381 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja