Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-20 ta’ Marzu 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Marzu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 2.6 biljun għal EUR 247.0 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 374.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 1,010.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 11.4 biljun għal EUR 67.2 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 0.1 biljun għal EUR 420.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 141.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 142.4 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 45.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 45.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.5 biljun għal EUR 268.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-20 ta’ Marzu 2015 | Differenza mqabbla mat-13 ta’ Marzu 2015 – xiri | Differenza mqabbla mat-13 ta’ Marzu 2015 – bejgħ | Differenza mqabbla mat-13 ta’ Marzu 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 26.1 biljun | - | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 11.5 biljun | - | EUR 0.1 biljun | EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 60.0 biljun | EUR 3.1 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 4.0 biljun | EUR 0.3 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 26.3 biljun | EUR 16.6 biljun | - | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 140.9 biljun | - | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 6.9 biljun għal EUR 229.6 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,839 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 279,314 | −509 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,400 | −3,400 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
201,913 | 2,891 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 33,119 | −1,973 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 24,901 | 562 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 24,901 | 562 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 465,609 | 316 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 142,401 | 562 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 322,959 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 247 | −235 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −11 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 117,662 | −2,956 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 643,424 | 19,416 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 268,838 | 19,460 | |
7.2 | Titoli oħra | 374,586 | −45 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,665 | 0 | |
9 | Assi oħra | 223,309 | 868 | |
Assi Totali | 2,157,841 | 15,725 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,010,877 | 83 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 275,239 | 7,286 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 229,582 | 6,866 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 45,653 | 416 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 4 | 4 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,207 | 19 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 118,130 | 16,643 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 67,171 | 11,413 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 50,958 | 5,230 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 47,865 | −7,058 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,060 | 239 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,030 | −171 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,030 | −171 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,374 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 208,641 | −1,316 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,898 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,521 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,157,841 | 15,725 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja