Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-26 ta’ Diċembru 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Diċembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.3 biljun għal EUR 231.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 370.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 13.4 biljun għal EUR 1,017.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 14.1 biljun għal EUR 66.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 8.5 biljun għal EUR 549 biljun. Nhar it-Tlieta, it-23 ta' Diċembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 99 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 119.2 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 7.1 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (b'mod simili għall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 43.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 38.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 216.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-26 ta’ Diċembru 2014 | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − xiri | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 28.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 12.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 29.7 biljun | EUR 1.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 1.7 biljun | EUR 0.3 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 143.9 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 11.3 biljun għal EUR 256.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 334,529 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 266,084 | 142 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,311 | −19 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
185,773 | 161 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,654 | 814 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,434 | 135 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,434 | 135 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 592,486 | 13,100 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 119,162 | 20,135 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 473,285 | −7,071 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 39 | 36 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 58,687 | 647 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 587,519 | 1,629 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 216,901 | 1,387 | |
7.2 | Titoli oħra | 370,618 | 242 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,726 | 0 | |
9 | Assi oħra | 236,128 | −1,022 | |
Assi Totali | 2,150,247 | 15,445 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,017,202 | 13,414 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 299,964 | 15,944 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 256,439 | 11,344 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 43,525 | 4,600 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,880 | −33 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 93,044 | −13,778 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 66,433 | −14,118 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 26,611 | 340 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 47,239 | 323 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,268 | −69 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,787 | −261 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,787 | −261 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,494 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 214,817 | −97 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 315,537 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 94,015 | 2 | |
Total tal-passiv | 2,150,247 | 15,445 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja