Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ Mejju 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Mejju 2013 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet kif kienet, EUR 222.7 biljun, minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
2 ta’ Mejju 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.3 biljun | - |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 345.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.7 biljun għal EUR 904.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 10.9 biljun għal EUR 72.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 20.5 biljun għal EUR 519.5 biljun. Nhar il-Ħamis 2 ta’ Mejju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 110.4 biljun, u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 105 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 202.5 biljun u nġabru depożiti ġodda b’kemm jiswew l-istess ammont, b’maturità ta’ sitt ijiem.
Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 2.3 biljuni mill- operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.9 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 124.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 109.7 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu bi EUR 2.1 biljuni għal EUR 263.4 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Mejju 2013 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 201 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 46.4 biljun u EUR 16.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 19.8 biljun għal EUR 296.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 435,316 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 254,527 | 1,402 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,932 | −17 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
167,595 | 1,420 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 35,367 | −263 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,457 | 808 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,457 | 808 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 846,437 | −5,795 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 105,011 | −5,395 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 739,544 | −2,276 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,881 | 1,876 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 111,818 | 4,514 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 608,626 | −2,949 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 263,447 | −2,143 | |
7.2 | Titoli oħra | 345,180 | −805 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 29,018 | −876 | |
9 | Assi oħra | 264,553 | 27 | |
Assi Totali | 2,608,120 | −3,132 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 904,634 | 7,669 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 623,124 | −5,025 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 296,198 | −19,754 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 124,102 | 14,440 | |
2.3 | Depożiti fissi | 202,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 324 | 289 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,064 | −16 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 104,863 | −11,645 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 72,343 | −10,912 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 32,519 | −733 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 166,750 | 3,794 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 5,614 | 170 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,449 | 957 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,449 | 957 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,145 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 239,925 | 962 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 406,635 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 88,917 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,608,120 | −3,132 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja