Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-15 ta’ Frar 2013
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-15 ta’ Frar 2013 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 216.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
14 ta’ Frar 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1 biljun | USD 1 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu bi EUR 30.4 biljun għal EUR 336.5 biljun, l-aktar minħabba r-realizzazzjoni tal-kollateral min-naħa ta’ wieħed mill-banek ċentrali nazzjonali (ara wkoll l-istqarrija għall-istampa li ħarġet mar-Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ Frar 2013). Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 881.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 67.9 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 19.2 biljun għal EUR 673.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Frar 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 129.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 128.7 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 205.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 10.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.8 biljun, waqt li tħallas ammont ta’ EUR 5 biljun qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (imqabbel ma’ żero fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 131.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 157.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 270.5 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija akkwistati permezz tal-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-15 ta’ Frar 2013 il-valur tax-xiri akkumulat permezz tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 205.4 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 48.8 biljun u EUR 16.3 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 23.4 biljun għal EUR 466.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 438,688 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 254,040 | 768 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,677 | −339 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
167,362 | 1,107 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,537 | 346 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,902 | −1,397 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,902 | −1,397 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,010,614 | −6,537 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 128,680 | −628 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 880,153 | −7,689 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,781 | 1,781 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 83,669 | −3,501 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 607,057 | 30,262 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 270,511 | −106 | |
7.2 | Titoli oħra | 336,546 | 30,368 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 29,912 | 0 | |
9 | Assi oħra | 283,306 | −31,789 | |
Assi Totali | 2,755,725 | −11,846 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 881,058 | −2,343 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 803,865 | −2,418 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 466,468 | 23,366 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 131,885 | −25,313 | |
2.3 | Depożiti fissi | 205,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 12 | −471 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,799 | 132 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 103,015 | −996 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 67,904 | 1,302 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 35,111 | −2,298 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 170,772 | −3,513 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,537 | 153 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,721 | 1,154 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,721 | 1,154 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,952 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 230,592 | −4,493 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 407,378 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 86,035 | 478 | |
Total tal-passiv | 2,755,725 | −11,846 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja