Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-23 ta' Novembru 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta' Novembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 228.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
23 ta' Novembru 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 6 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 3.3 biljun | USD 3.3 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 309 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 885.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 33.2 biljun għal EUR 130.8 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 17-il biljun għal EUR 681.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta' Novembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 75.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 75.4 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 208.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 233.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 215.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 277.3 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta' Novembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.5 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 52.3 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 51.6 biljun għal EUR 506.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 479,110 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 258,875 | −96 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 89,487 | −84 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
169,388 | −12 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 36,024 | −1,167 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,799 | 998 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,799 | 998 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,125,212 | 869 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 75,428 | 214 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,047,294 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2,433 | 612 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 58 | 43 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 229,450 | −6,033 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 586,209 | −909 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 277,255 | −705 | |
7.2 | Titoli oħra | 308,954 | −204 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 30,011 | 0 | |
9 | Assi oħra | 273,590 | 312 | |
Assi Totali | 3,035,280 | −6,025 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 885,780 | −2,502 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 950,848 | −33,785 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 506,889 | −51,622 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 233,558 | 17,658 | |
2.3 | Depożiti fissi | 208,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,901 | 179 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,252 | −541 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 178,776 | 30,539 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 130,801 | 33,214 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 47,974 | −2,675 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 174,349 | 1,636 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,580 | −2,587 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,185 | 1,400 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,185 | 1,400 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,243 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 234,892 | −186 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 452,824 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,552 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,035,280 | −6,025 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja