Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Marzu 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Marzu 2012 iż-żieda ta’ EUR 9.3 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset bi EUR 22.4 biljun għal EUR 228.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat u għall-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
29 ta’ Marzu 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.8 biljun | USD 2.9 biljun |
29 ta’ Marzu 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 25.5 biljun | USD 6.3 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 347.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 869.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 19-il biljun għal EUR 137.5 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 8.8 biljun għal EUR 161.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 59.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 61.1 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 218-il biljun u nġabru depożiti ġodda ta’ EUR 213.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 29.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 25.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 778.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 785.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 280.2 biljun, minħabba l-konklużjoni ta’ xiri skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Marzu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 214.2 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.8 biljun u EUR 9.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 19.4 biljun għal EUR 108.7 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2012 jidher fil-kolonna supplimentari “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,243.449 kull uqija fina
USD: 1.3356 kull EUR
JPY: 109.56 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.1607 kull DSK
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 432,705 | 0 | 9,256 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 238,468 | −789 | −8,225 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 85,195 | −17 | −1,854 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
153,273 | −771 | −6,371 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 55,160 | −13,647 | −1,951 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,366 | −336 | 57 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,366 | −336 | 57 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,153,584 | −2,304 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 61,078 | 1,535 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,090,891 | −4,614 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,615 | 781 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −6 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 59,575 | 1,867 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 627,480 | −1,174 | 2,398 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 280,180 | 255 | 581 | |
7.2 | Titoli oħra | 347,301 | −1,429 | 1,817 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 31,131 | 0 | −45 | |
9 | Assi oħra | 347,957 | −4,427 | 898 | |
Assi Totali | 2,964,427 | −20,809 | 2,388 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 869,948 | 2,885 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,101,178 | 8,312 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 108,653 | 19,380 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 778,702 | −6,691 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 213,500 | −4,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 324 | 123 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,146 | 500 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 149,635 | −18,290 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 137,522 | −19,000 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 12,113 | 710 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,805 | −10,900 | 2 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,025 | 35 | −109 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 7,822 | −632 | −242 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,822 | −632 | −242 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,716 | 0 | −1,226 | |
10 | Passiv ieħor | 212,821 | −3,347 | −1,707 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 399,445 | 0 | 5,416 | |
12 | Kapitali u riżervi | 83,887 | 628 | 254 | |
Total tal-passiv | 2,964,427 | −20,809 | 2,388 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja