Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-24 ta’ Settembru 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Settembru 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 191.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
23 ta’ Settembru 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 60 miljun | USD 60 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 306.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 812 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 15.2 biljun għal EUR 104.6 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 19.6 biljun għal EUR 446.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Settembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 151.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 153.8 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 61 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 61.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 84.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 61.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 97 miljun għal EUR 122.8 biljun. Dan minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 134 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, liema xiri kkompensa fil-wisa’ l-bonds, f’ammont ta’ EUR 37 miljun, li mmaturaw u li kienu nxtraw skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Settembru 2010 il-valur tal-portafoll tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 61.7 biljun u EUR 61.1 biljun rispettivament.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 31.3 biljun għal EUR 221 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 351,948 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 236,264 | −187 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 73,860 | −127 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
162,404 | −60 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 27,698 | −536 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,321 | −168 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,321 | −168 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 592,503 | 3,411 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 153,771 | 2,197 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 437,465 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,200 | 1,200 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 67 | 15 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 27,580 | −2,436 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 429,284 | 943 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 122,773 | 97 | |
7.2 | Titoli oħra | 306,511 | 846 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 35,042 | 0 | |
9 | Assi oħra | 253,715 | −153 | |
Assi Totali | 1,971,356 | 874 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 812,017 | −2,194 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 366,699 | −8,265 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 221,025 | −31,270 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 84,118 | 22,525 | |
2.3 | Depożiti fissi | 61,500 | 500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 55 | −20 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,462 | −182 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 111,463 | 14,969 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 104,595 | 15,241 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,869 | −271 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,404 | 302 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,140 | 1,140 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,833 | −1,553 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 13,833 | −1,553 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,711 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 159,618 | −3,343 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 328,818 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,191 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,971,356 | 874 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja