Rendikont finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-27 ta’ Awwissu 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-27 ta’Awwissu 2010, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 191 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal- portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidita` f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
26 ta’Awwissu 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidita` f’dollari Amerikani | USD 35 miljun | USD 40 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidita` tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal- Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 299.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkulazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 813.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 22.2 biljun għal EUR 101.1 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 25.3 biljun għal EUR 427.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’Awwissu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta' EUR 155.2 biljun u ġiet issetiljata waħda ġdida ta’ EUR 150.3 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun, b’maturita` ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 26 ta’Awwissu 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 12.2 biljun u u ġiet issetiljata waħda ġdida ta’ EUR 19.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilita` ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilita` ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 102.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 74.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 142 miljun għal EUR 121.9 biljun b’riżultat ta’ xiri ssetiljat skont il-Programm għas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li spiċċat fis-27 ta’Awwissu 2010, il-valur tal- portafoll tal-Programm għas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll tal-programm ta’ xiri ta’ bonds koperti ammonta għal EUR 60.8 biljun u EUR 61.1 biljun rispettivament.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 45.6 biljun għal EUR 191.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 351,970 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 235,404 | 1,367 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 73,791 | −144 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
161,612 | 1,511 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 29,350 | −691 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,418 | 31 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,418 | 31 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 590,512 | 3,093 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 150,315 | −4,912 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 438,709 | 6,918 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,427 | 1,086 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 60 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 34,168 | −3,361 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 421,613 | 1,332 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 121,943 | 142 | |
7.2 | Titoli oħra | 299,670 | 1,190 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 35,041 | 0 | |
9 | Assi oħra | 241,451 | 90 | |
Assi Totali | 1,957,926 | 1,862 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 813,429 | −2,225 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 355,207 | −17,214 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 191,947 | −45,629 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 102,698 | 28,517 | |
2.3 | Depożiti fissi | 60,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 62 | −103 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,596 | −384 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 107,959 | 22,135 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 101,114 | 22,152 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,846 | −17 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 39,203 | −1,770 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 988 | −79 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,024 | 969 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,024 | 969 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,711 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 159,800 | 430 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 328,818 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,191 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,957,926 | 1,862 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja