Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-2 ta’ Lulju 2010

7 ta' Lulju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Lulju 2010, iż-żieda ta’ EUR 65.4 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 18.2 biljun għal EUR 190.9 biljun. Dan kien dovut l-aktar għall-effetti tar-rivalutazzjoni tal-assi u tal-passivi ta’ kull tliet xhur, bi transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll imwettqa mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu taħt reviżjoni li rriżulta f’żieda ta’ EUR 0.2 biljun.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 296.7 biljun, prinċipalment dovut għal rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 816.5 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 39.7 biljun għal EUR 115.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 117.9 biljun għal EUR 416.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 151.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 162.9 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi li jammontaw għal EUR 51 biljun u nġabru depożiti ġodda li jammontaw għal EUR 31.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 2 biljuni, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 131.9 biljun, hekk kif seħħ għal operazzjoni ta’ irfinar li tipprovdi likwidità ta’ EUR 111.2 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess data, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 442.2 biljun, b’maturità ta’ sena.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 231.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 284.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5 biljun għal EUR 120.1 biljun minħabba xiri li ġie regolat ta’ EUR 3.7 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 1.3 biljun skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 84.7 biljun għal EUR 160.4 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-2 ta’ Lulju 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 1010.920 għal kull uqija fina

USD: 1.2271 għal kull EUR

JPY: 108.79 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.2046 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 352,092 0 65,402
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 232,639 −330 19,978
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,078 17 4,719
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
158,561 −347 15,259
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,344 −49 3,106
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,883 630 −23
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,883 630 −23
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 680,576 −189,778 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 162,912 11,400 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 405,927 −312,309 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 111,237 111,237 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 484 −81 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 16 −26 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,771 1,539 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 416,735 3,995 −1,708
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 120,062 4,988 −23
7.2 Titoli oħra 296,674 −993 −1,685
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,085 −470 −21
9 Assi oħra 240,685 −9,174 2,468
Assi Totali 2,049,811 −193,637 89,202
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 816,470 6,720 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 424,032 −156,527 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 160,380 −84,683 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 231,717 −52,640 0
2.3 Depożiti fissi 31,866 −19,134 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 68 −70 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 818 −220 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 123,841 −39,701 −2
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 115,700 −39,722 −2
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,140 22 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,882 408 46
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 926 −204 173
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 15,481 −393 1,226
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,481 −393 1,226
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0 3,678
10 Passiv ieħor 162,640 −3,988 4,468
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0 79,613
12 Kapitali u riżervi 78,191 268 0
Total tal-passiv 2,049,811 −193,637 89,202
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja