Rapport Finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 ta' Marzu 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Marzu 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 161.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 299.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 791.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 120.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 16.8 biljun għal EUR 511.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 79 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 81 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 213.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 195.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 43.5 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Marzu 2010.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 23.2 biljun għal EUR 199.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 266,919 | −1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 198,591 | 566 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 64,350 | 115 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
134,241 | 451 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,461 | 86 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,658 | −468 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,658 | −468 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 725,409 | 1,982 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 81,062 | 2,030 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 644,314 | 1 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1 | −52 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 33 | 4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 27,156 | 1,726 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 342,936 | 2,678 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 43,548 | 1,106 | |
7.2 | Titoli oħra | 299,388 | 1,572 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,147 | 10 | |
9 | Assi oħra | 253,620 | −1,396 | |
Assi Totali | 1,894,898 | 5,185 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 791,340 | 3,615 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 413,837 | −4,381 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 199,900 | −23,180 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 213,935 | 18,798 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 3 | 1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 774 | 185 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 128,247 | 6,644 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 120,213 | 6,722 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,034 | −78 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 37,626 | −234 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,632 | 81 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,910 | 351 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,910 | 351 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 51,249 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 160,636 | −2,468 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 220,213 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 76,433 | 1,390 | |
Total tal-passiv | 1,894,898 | 5,185 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja